|
|
|

Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association
Blogg – Blog
LEJLA
TA' POEŻIJA F' Ħ'ATTARD
Aktar minn 20 poeta membri
tal-Għaqda Poeti Maltin nhar
il-Ġimgħa, 8 ta' Jannar
2010, ħadu sehem f' Lejla
ta' Poeżija li saret
fis-sala taċ-Ċentru
Parrokkjali ġewwa Ħ'Attard.
Din saret bil-kooperazzjoni
tal-Għ.P.M., tal-Kunsill
Lokali Ħ'Attard u
tat-taqsima Kultura fi ħdan
il-Kunsill Pastorali
Parrokkjali tal-post.
Inqraw poeżiji bil-Malti u
bl-Ingliż dwar suġġetti
varji. Patrick Sammut, Viċi
President tal-Għ.P.M.,
tkellem dwar Is-Sunett u kif
dan daħal fil-letteratura
tagħna. Ħa sehem ukoll
il-vjolinista żagħżugħ
Augusto Quintano filwaqt li
Dr Joseph Axiaq, Ass.
Segretarju, ippreżenta
s-Serata.
Alfred Massa wera
s-sodisfazzjon tiegħu
għall-udjenza numeruża li
attendiet. Huwa nsista dwar
l-importanza tal-poeżija fi
żminijietna u rrefera
għall-appell li sar fl-aħħar
Laqgħa tal-World Congress of
Poets biex il-poeti kollha
jaħdmu favur il-paċi,
il-valuri u l-għaqda fost
il-bendmin. Għal darb'oħra
Massa ħeġġeġ lil dawk
preżenti biex jirreferu
għall-website tal-Għaqda
Poeti Maltin ħalli jsiru
jafu bl-attivitajiet li minn
żmien għal żmien torganizza
f'riżq il-poeżija
f'pajjiżna.
Fi tmiem is-Serata saret
bibita għal dawk li
attendew.
An Evening of Poetry in Attard
More than 20 poets, members of the Malta Poets Association, attended an
Evening of Poetry. The well-attended event was held at the Parochial Centre
in Attard on Friday 8th January 2010. This was held with the cooperation of
the Gh.P.M., the Attard Local Council and the Attard Cultural section of the
Pastoral Parish council.
Poems were read in both Maltese and English about various subjects. Patrick
Sammut Vice President of the Malta Poets Association gave a speech about the
Sonnet, how this was introduced in our literature. Dr. Joseph Axiaq
Assistant Secretary was compere for the evening. The young violinist Augusto
Quintano enchanted the audience with classical solos.
Alfred Massa expressed his satisfaction that the musico-literary evening
drew a large audience. Massa insisted on the importance of Poetry in our
times and referred to the appeal made at the World Congress of poets for
poets to work towards peace, the values and the brotherhood of man. Once
again Massa encouraged all those present to use the website of the Malta
Poets Association for information about activities that from time to time
the association organizes to nurture the interest of poetry on our island.
At the end of the evening a well-planned out reception, by the Local Council
volunteers, was held for those who had attended.
Antoloġija bl-Esperanto
Ġdida
L-Għaqda Poeti Maltin
ippubblikat Antoloġija
bl-Esperanto bix-xogħlijiet
ta’ wħud mill-membri tagħha.
B’kollox ħadu sehem fiha
42
membru. Il-poeżiji huma
varjati kemm fit-temi
ttrattati kif ukoll
fl-istili mħaddma. Għandha
Daħla Kritika mill-Professur
Oliver Friggieri li titfa’
dawl fuq il-poeżija Maltija
kontemporanja.
Din l-Antoloġija setgħet
tara d-dawl bl-għajnuna
tal-Għaqda Maltija
tal-Esperanto. Ix-xogħol
kollu kien tradott
fl-Esperanto mill-Membru
Onorarju tal-Għaqda tagħna,
Dr Karmenu Mallia.
Il-poeti li ħadu sehem huma
Abela Therese, Aquilina
Sunny, Attard Mario, Dr
Attard Cassar Emmanuel, Dr
Axiaq Joseph, Bezzina Mario
F., Bianchi Carmel, Borg
Ġorġ, Busuttil Amanda,
Camilleri Miriam, Caruana
Mary Grace, Caruana Peter
A., Cauchi Carmel G., Cini
Godwin, Fabri Noel, Farrugia
Anthony, Grech Lino, Grech
Raymond, Grech Sergio,
Lanfranco Guido, Mallia
John, Dr Mangani Paul S.,
Massa Alfred, Micallef Jane,
Muscat David, Pace Therese,
Palma Alfred, Saliba Paul,
Sammut Patrick, Spiteri Pio,
Vella Therese, Dr Zammit
Tabona Joe,
Bezzina
Charles, Oliver Friggieri,
Mons. Dr Amante Buontempo,
Magro Charles, Caruana Toni,
Chetcuti Ġuże', Ellul Galea
Karmenu, Cini Tarcisio,
Patri Hugh Mallia O.Carm., u
Ellul Godwin.
Ta’ min ifakkar li din
kienet it-tieni Antoloġija
ta’ din ix-xorta
ippubblikata mill-Għaqda
Poeti Maltin.
A
NEW ANTHOLOGY IN ESPERANTO
The Maltese Poets Association (Għ.P.M.) has published an Anthology in Esperanto with the works of some of its members. In all, 42 members took part. The poems vary in the theme tackled as well as in the style adopted. The anthology has a Critical Preface by Profs. Oliver Friggieri that sheds a light on Maltese contemporary poetry.
This anthology could materialise through the help of the Maltese Esperanto Society. All works were translated into Esperanto by the honorary member of our society, Dr. Karmenu Mallia.
The poets taking part are Abela Therese, Aquilina Sunny, Attard Mario, Dr. Attard Cassar Emmanuel, Dr. Axiaq Joseph, Bezzina Mario F., Bianchi Carmel, Borg Ġorġ, Busuttil Amanda, Camilleri Miriam, Caruana Mary Grace, Caruana Peter A., Cauchi Carmel G., Cini Godwin, Fabri Noel, Farrugia Anthony, Grech Lino, Grech Raymond, Grech Sergio, Lanfranco Guido, Mallia John, Dr. Mangani Paul S., Massa Alfred, Micallef Jane, Muscat David, Pace Therese, Palma Alfred, Saliba Paul, Sammut Patrick, Spiteri Pio, Vella Therese, Dr. Zammit Tabona Joe, Bezzina Charles, Oliver Friggieri, Mons. Dr Amante Buontempo, Magro Charles, Caruana Toni, Chetcuti Ġuże', Ellul Galea Karmenu, Cini Tarcisio, Patri Hugh Mallia O.Carm., and Ellul Godwin.
It is worth reminding that this is the second Anthology of the same sort published by the Għaqda Poeti Maltin.
LEJLA
OĦRA F'ĦAL TARXIEN
Nhar il-Ħadd 13 ta' Diċembru
2009, l-Għaqda Poeti Maltin
u l-Għaqda Mużikali "Marija
Annunzjata" ta' Ħal Tarxien
organizzaw flimkien Lejla
ta' Mużika u Poeżija dwar
il-Milied fis-Sala ewlenija
tal-Każin. Ħadu sehem
l-allievi tas-Soċjeta', Kor
tat-tfal li kanta Innijiet
tal-Milied u numru ta' poeti
membri tal-Għaqda li qraw
poeżiji dwar il-festa
għażiża tat-Twelid ta' Ġesu'
Bambin.
F'kelmtejn qosra l-President
tal-Għaqda, Alfred Massa qal
li hu ta' sodisfazzjon
għall-Għ.P.M. li tieħu sehem
f'attivita' simili
għat-tielet sena
konsekuttiva għax il-Milied
hu festa li jixirqilha tkun
iċċelebrata lil hinn
mill-konsumiżmu ta'
żminijietna. U x'hemm isbaħ
miż-żewġ fergħat artistiċi
tal-mużika u tal-poeżija -
li huma tewmin fl-arti -
biex wieħed juri
s-sollennita' u t-tifsira
vera ta' dan il-jum qaddis?
Fuq kollox, temm jgħid
Massa, għal Ħal Tarxien
il-Milied għandu tifsira
speċjali għax dan li tnissel
f'Marija ġewwa Nazaret libes
il-libsa umana ġewwa Betlem.
Mexxa t-taqsima mużikali
Mro. Victor Vella, surmast
direttur tal-Banda "Marija
Annunzjata" u t-taqsima
poetika tmexxiet minn
Charles Magro, Segretarju
tal-Għ.P.M.
ANOTHER MUSICO
LITERARY EVENING AT
TARXIEN
Unuri Għal Żewġ Membri
Tal-Għaqda Poeti Maltin
L-Għaqda Poeti Maltin tifraħ lill-Membru Onorarju tagħha Alfred Palma li f'Jum ir-Repubblika ngħata l-ġieħ mistħoqq ta' Qadi lir-Repubblika ta' Malta. Min-naħa l-oħra, is-Segretarju tagħha Charles Magro fl-istess Ċerimonja ngħata l-unur mistħoqq ta' L-Ordni tal-Meritu. Barra milli dan hu unur għall-Għaqda tagħna, huwa wkoll rikonoxximent tal-ħidma sfiqa li dawn iż-żewġ membri qegħdin jagħtu b'riżq pajjiżna.
Għal darb’oħra l-Għaqda Poeti Maltin tellgħet Lejla ta’ Poeżija fiċ-Ċentru Kultura Franġiskana, il-Furjana. Dan seħħ nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Novembru, fis-7.30 p.m. Mexxa s-serata s-Segretarju, Charles Magro, filwaqt li żewwaq il-Lejla bl-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-istili u t-temi tal-poeżiji li nqraw. Charles Magro tkellem ukoll dwar il-proġett li għadha kemm nidiet l-Għaqda Poeti Maltin fejn 19-il poeżija bl-Ingliż ta’ 19-il-poeta membru ntagħżlu u ġew stampati f’format ta’ bookmarks. Dawn se jiġu mqassmin f’lukandi u fi ħwienet iffrekwentati mit-turisti ħalli jkunu jistgħu jgawdu ftit mill-benna tal-poeżija Maltija bl-Ingliż. Il-proġett “Bookmarks” ġie sponsorjat mill-BOV.
Il-membri tal-Għaqda Poeti Maltin qraw poeżiji bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan dwar temi differenti. Kien hemm ukoll waqtiet ta’ riflessjoni dwar suġġetti mqajma mill-poeżiji li nqraw waqt il-Lejla. Il-viċi-President, Patrick Sammut, qara studju tal-viċi-Segretarju, Dr. Joseph Axiaq, dwar “Il-kunċetti tal-Ħarifa u tax-Xitwa fil-Poeżija Maltija”. Fit-tmiem tal-Lejla l-membri tal-Għ.P.M., flimkien mal-membri taċ-Ċentru Kultura Franġiskana kienu mistiedna għal riċeviment żgħir.
PROĠETT POETIKU MILL-Għ.P.M.
Il-poeti li ħadu sehem f'dan il-proġett huma Dr Karmenu Mallia, Salv. Sammut, Margaret Attard Baldacchino, Lino Grech, Mario Attard, Dr Joe Zammit Tabona, Alfred Palma, Therese Pace, Charles Magro, Patrick Sammut, Miriam Camilleri, Jane Micallef, Alfred Massa, Dr Emmanuel Attard Cassar, Jonathan Balzan, Omar Seguna, Mary Doris Chircop, Godwin Cini u Raymond Grech.
Il-proġett kien sponsorjat mill-Bank of Valletta.
Għ.P.M. POETIC
PROJECT
Lejla ta’ Premjazzjoni tal-Konkors
Nazzjonali tal-Poeżija 2009
Nhar il-Ġimgħa, 30 ta' Ottubru 2009 l-Għaqda Poeti Maltin ħabbret ir-riżultat tal-Konkors Nazzjonali ta' Poeżija 2009 waqt Serata ta' Premjazzjoni li saret fis-Sala Ġużeppi Despott, Diviżjoni tal-Edukazzjoni, il-Furjana, ippreseduta mill-President tal-Għaqda, Alfred Massa. Mexxa s-Serata Charles Magro, Segretarju.
Il-Ġurija kienet magħmula mill-poeti Joseph C. Sciberras u Ġorġ Borg flimkien mal-ġurnalist Mark Causon.
It-TORĊA llum
tagħlaq 50 sena.... Il-gazzetta twaqqfet b’missjoni –
Victor Carachi, President tal-GWU
It-TORĊA Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2009 http://www.it-torca.com/news.asp?newsitemid=8615
minn john pisani

Waqt serata letterarja li saret nhar il-Ġimgħa fil-Workers’ Memorial Building
fil-Belt, ġie mfakkar il-50 Anniversarju mill-ewwel ħarġa tal-gazzetta it-TORĊA.
Il-President tal-GWU, Victor Carachi qal li t-TORĊA għandha storja li fil-milja
tagħha titwaħħad ma’ dik tal-GWU u li bħall-GWU, it-TORĊA twaq-qfet b’missjoni.
Waqt l-istess serata kienu ppremjati dawk li rebħu l-kon-kors letterarju li
tnieda minn din il-gazzetta f’Awwissu li għadda.
Fid-diskors tiegħu Victor Carachi qal li l-gazzetta it-TORĊA hija l-prodott ta’
żmienha, ta’ kuntest fejn l-isfida tal-ħaddiem għall-kisba ta’ drittijietu kie-net
bdiet tieħu l-milja tagħha immedjatament wara t-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija.
Kienet mixja twila dik mibdija mill-GWU, fil-5 ta’ Ottubru 1943 u li tkompliet
minn The Torch fis-sena ta’ wara. Kienet propju l-ħtieġa ta’ din il-mixja li
wasslet biex fil-25 ta’ Ottubru 1959 The Torch ħadet il-libsa l-ġdida ta’ it-TORĊA,
qal Carachi.
Huwa qal li it-TORĊA kienet l-ew-wel Sunday paper f’kull sens tal-kelma li
kienet Maltija. Ma kienx hawn biss li t-TORĊA saret parti mill-istorja ta’
pajjiżna. It-TORĊA kienet għal żmien twil l-unika vuċi konsistenti tal-movi-ment
trejdunjonistiku f’Malta, imma kienet ukoll, u għadha, vuċi kulturali ta’
pajjiżna.
Il-President tal-GWU qal li: “bħala GWU nagħtu bosta importanza lill-qasam
kulturali. Bħala union ġenerali tal-ħaddiema, huwa dmir tagħna li nħarsu lejn
il-ħaddiem bħala persuna, b’mod ħolistiku.” Carachi qal li: ma nistgħux, jekk
tassew irridu nirrappreżentaw tajjeb lill-ħaddiema membri tagħna, nifirdu
lill-ħaddiem mill-ħajja tiegħu barra mid-dinja tax-xogħol. Il-ħaddiema huma
ukoll aġenti kulturali. Dan l-impenn kulturali tal-ħaddiema mhux biss jgħollihom
‘il fuq fost is-soċjetà Maltija, imma ukoll jagħti valur akbar lill-klassi li
ġejjin minnha. Huwa xiehda li l-klassi ħaddemija hija tassew ix-xewka ta’ dahar
dan il-pajjiż.”
Fl-aħħarnett Victor Carachi feraħ lil dawk kollha li ħadu sehem u lil dawk li
organizzaw dan il-konkors fosthom lill-eks-President tal-GWU, Salv Sammut.
Waqt l-istess serata tkellem ukoll Alfred Massa mill-Għaqda Poeti Maltin li
sellem lil dawk li mexxew il-paġni letterarji ta’ din il-gazzetta fosthom
il-mibki Karmenu Ellul Galea, lil Mario Bezzina, Charles Flores u Francis Galea
li kollha ħadmu u stinkaw biex wasslu lill-qarrejja materjal utli, li ċertament
tefa’ dawl leqqien fuq il-mixja letterarja f’pajjiżna matul l-aħħar 50 sena.
Pawlu Mizzi, mill-Klabb Kotba Maltin, semma r-rabta bejn it-TORĊA u l-mixja
storika ta’ pajjiżna u qabbel kif il-Klabb, il-GWU u t-TORĊA dejjem imxew ’il
quddiem b’identità Maltija b’mod speċjali fl-użu tal-ilsien Malti.
Ir-rebbieħa tal-konkors letterarju fl-okkażjoni tal-50 Anniversarju tat-TOR-ĊA
huma: Konkors ta’ Proża - L-ewwel post Emmanuel Psaila bin-novella ‘Ġorġ Kanġi’.
Fit-tieni post Charles Casha bin-novella ‘Agħti Mulej, il-Mis-trieħ ta’ Dejjem’
u fit-tielet post Claudine Camilleri bin-novella ‘Lucy’.
Konkors ta’ Poeżija - L-ewwel post Stefano Farrugia bil-poeżija ‘Eliżir ta’
Mħabba Qalbiena’. Fit-tieni post ukoll Stefano Farrugia bil-poeżija ‘Solitarja
Moribonda’ u fit-tielet post Charles Casha bil-poeżija ‘Li Kieku Nista’.
Waqt din is-serata saru intervalli mużikali mill-kantant folk Walter Mi-callef
fuq il-kitarra tiegħu filwaqt li s-serata tmexxiet minn Charles Magro.
Fost dawk preżenti kien hemm ukoll uffiċjali tal-GWU fosthom il-Viċi President
Edmond Cefai, l-Editur tat-TORĊA Aleks Farrugia, diriġenti tal-Union Print u l-Kap
tal-Pubblikazzjonijiet tal-Union Print Frans Ghirxi.
Fil-ħarġa tal-ġimgħa d-dieħla t-TORĊA se tiddedika l-paġni tan-nofs għal
ritratti minn din is-serata, filwaqt li x-xogħlijiet rebbieħa se jkunu
ppubblikati fuq it-TORĊA fil-ħarġiet li jmiss. Ktejjeb b’edizzjoni limitata, li
jiġbor fih diskorsi u x-xogħlijiet rebbieħa se jkun mibjugħ fil-ġimgħat li
ġejjin.
pisani.journalist@gmail.com
L-Għ.P.M. għand il-President ta' Malta
|
Poetessa Taljana
f'Lejla ta' Poeżija
L-Għ.P.M. tfakkar
lil Ġorġ Pisani f'Għawdex
Membri
tal-GhPM ghat-tnedija ta' MIRAGGI
LASALLJANI.
Nhar il-Gimgha, 3 ta' Lulju, membri
tal-Ghaqda Poeti Maltin kienu
mistiedna ghal Lejla ta' Tnedija
fil-Kullegg ta' De La Salle,
fil-Kottonera. Il-ktieb huwa gabra
ta' poeziji bl-isem ta' MIRAĠĠI
LASALLJANI (editur Patrick Sammut,
De La Salle Brothers Publications,
2009). Jigbor fih studji dwar
il-Brothers Henry Grech f.s.c. u
Michael Buttigieg f.s.c., poeziji
ispirati mill-figura ta' San Gwann
Battista De La Salle, u poeziji fi
tliet ilsna (Malti, Taljan, Ingliz)
mill-pinna ta' Mario Attard, Dr.
Joseph Axiaq, Stephen Cachia u
Patrick Sammut. Huwa mzejjen b'sett
ta' disinni (flimkien mal-qoxra),
xoghol tal-ghalliem u artist Hilary
Spiteri.
Waqt is-serata nqraw poeziji
taz-zewg Brothers kif ukoll
tal-erba' poeti partecipanti minn
studenti tas-Sitt Klassi. Dr.
Charles Briffa ghamel diskors
interessanti u dettaljat dwar din
il-gabra ta' poeziji. Julian Carter
ipprovda l-muzika permezz tal-pjanu.
Is-serata nghalqet b'diskors
informali mill-Brother Direttur,
Martin Borg f.s.c., li kien
il-bniedem li ghen tassew biex
progett bhal dan isir realta'. Huwa
qal li huwa l-pjacir tal-Komunita'
Lasalljana li tghin f'inizzjattivi
bhal dawn.
Ta' min jghid li MIRAGGI LASALLJANI
huwa frott hames ghalliema fl-istess
Kullegg De La Salle.
Il-lejla nghalqet b'riceviment zghir
gentilment offrut mill-istess
Brothers.
A NEW POETRY
ANTHOLOGY LAUNCHED AT DE LA SALLE
COLLEGE
MIRAĠĠI LASALLJANI – {ABRA TA’
POE|IJI FID-DAWL TA’ SAN {WANN
BATTISTA DE LA SALLE, Patrick Sammut
(editor), De La Salle Brothers
Publications (2009) was launched on
Friday, 3rd July 2009, at the
College. The book MIRAĠĠI LASALLJANI
includes two studies on two
brothers, teachers and writers, Bro.
Henry Grech f.s.c. and Bro. Michael
Buttigieg f.s.c., poems inspired by
the Founder, St. John Baptiste De La
Salle, and poems (in Maltese,
English and Italian) penned by four
teachers-poets and part of the
Lasallian Community, Mario Attard,
Joseph Axiaq, Stephen Cachia and
Patrick Sammut. The cover and
pictures inside MIRAĠĠI LASALLJANI
are the work of another teacher and
artist at the College, Hilary
Spiteri.
The evening was compered by Patrick
Sammut and among those who present
were Brothers of the Lasallian
Community, teachers, students,
parents and members of the Għaqda
Poeti Maltin of which Bro. Michael
Buttigieg was a member. During the
evening short biographies of the two
Brothers and participating poets
were read, together with some of
their poems thanks to the help of
three sixth form students, Ruth
Bonnici, Clara Chetcuti and Reuben
Degabriele. Another ex-college
student, Julian Carter, provided
inspiring musical intervals on the
piano.
Dr. Charles Briffa presented a
detailed critique on MIRAĠĠI
LASALLJANI and emphasized on the
important contribution of Bro. Henry
and Bro. Michael in the literary and
education areas. Brother Director,
Bro. Martin Borg f.s.c., remembered
both Bro. Henry and Bro. Michael,
talked about the contribution of the
Founder in education and reminded
those present the importance that
the De La Salle Community has always
given to publications of the kind.
Bro. Martin was the person who made
this project possible thanks to his
encouragement and help. A free copy
of MIRAĠĠI LASALLJANI was presented
to all those present, and artist
Hilary Spiteri, talked about his art
in the publication. At the end of
the evening those present were
invited to a reception offered by
the Lasallian Community.
KONKORS –
POEŻIJI
F’għeluq il-ħamsin sena mill-ħruġ
tal-ġurnal popolari ta’ kull nħar
ta’ Ħadd IT-TORĊA, qegħdin jiġu
mnedija żewħ Konkorsi Letterarji.
Kategorija waħda hija dwar
In-Novella/Essay mtella’ mill-KLABB
KOTBA MALTIN u l-Kategorija l-oħra
hija dwar Il-Poeżija mtella’
mill-GĦAQDA POETI MALTIN.
KONKORS Tal-Ġurnal Popolari ta' Kull Nħar ta' Ħadd IT-TORĊA
Għar-raba' sena
fiż-Żejtun
Għar-raba' sena konsekuttiva l-Għ.P.M.
u l-Grupp Ilħna Poeżija fi ħdan
il-Kunsill Lokali, Żejtun organizzaw
Lejla ta' Poeżija u Mużika nhar
il-Ġimgħa, 12 ta' Ġunju 2009 fi
Pjazza Gregorio Bonnici ż-Żejtun.
Ippreżenta Charles Magro, Segretarju
tal-Għ.P.M.
Inqraw numru ta' poeżiji bil-Malti
dwar suġġetti varji filwaqt li l-kantawtur
Walter Micallef kompla ta ħajja s-Serata
b'kanzunetti popolari u ħelwin fl-istess
ħin.
Saru żewġ diskorsi qosra; minn Joe
Attard , Sindku taż-Żejtun u minn
Alfred Massa, President tal-Għ.P.M.
Raymond Grech, wieħed mill-membri
ħabrieka tal-Għ.P.M., kien
ippreżentat b'Diploma mill-President
tal-Għaqda, Alfred Massa għas-sehem
tiegħu fl-Għ.P.M., bħala
għarfien ta' ħidmietu b'risq
il-poeżija.
The Għ.P.M. at
Żejtun
For the fourth consecutive year
on June 12th, 2009,
the Għ.P.M. and the Group Ilħna Poeżija
of the Żejtun Local Council
organised A Poetry Evening in Pjazza
Gregorio Bonnici, Żejtun. Compere
was Charles Magro, Segretary of the
Għ.P.M.
A number of poems were read treating
various sebjects while singer and
composer Walter Micallef added life
to the Evening with some of
his popular songs.
Short messages were delivered by Joe
Attard, the Żejtun Mayor and by
Alfred Massa, President of the
Għ.P.M. Mid-way through the
Evening, Raymond Grech was awarded
with a Diploma by the President of
the Għ.P.M. mainly as a sign of
gratitude in recognition of the
services he rendered to the Maltese
Poets Association, particularly its website promoting
the advancement of member poets and
their poetry.
Lejla Mużiko-Letterarja fil-Gżira
L-Għaqda Poeti Maltin ġiet mistiedna biex tagħti sehemha waqt l-ewwel Lejla Letterarja mtellgħa mit-taqsima kultura tal-Kunsill Lokali tal-Gżira. Dan seħħ nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Mejju 2009, fit-8p.m., fis-sala moderna li hemm faċċata tal-Kulleġġ ta’ Stella Maris.
Il-viċi-Sindku, Dunstan Attard, poeta hu nnifsu u responsabbli għat-taqsima kultura, fetaħ il-lejla. Hu qal li huwa fil-ħsieb tal-Kunsill li Lejliet bħal dawn jibdew jittellgħu kull xahar f’atmosfera mill-aktar informali u li matulhom kull min jiġi jkun jista’ jaqra kitbiet ta’ ġeneri u natura differenti, basta f’ħin ta’ 5 minuti.
Patrick Sammut, il-viċi-President tal-GĦ.P.M., ta tagħrif dwar l-Għaqda u ħidmietha u sostna li l-Għaqda għaddejja minn perijodu produttiv tassew permezz tal-kontribut ta’ membri dedikati u li jaħdmu id f’id biex jittellgħu Lejliet ta’ Poeżija regolarment. Semma wkoll l-importanza tas-sit elettroniku u tal-e-mail li permezz tagħhom l-Għaqda żżomm lil dawk interessati informati dwar l-attivitajiet tagħha u anki tgawdi minn kuntatti saħansitra ma’ poeti u entitajiet kulturali li jmorru lilhinn minn xtutna.
Waqt il-Lejla nqraw kemm poeżiji, kif ukoll siltiet ta’ proża, u t-temi kienu varjati: storja, twemmin, immigrazzjoni, it-Tieni Gwerra Dinjija, il-familja u Mikiel Anton Vassalli. Il-Lejla ġiet mogħtija laqta mużikali bis-saħħa tal-kitarra u vuċi ta’ Jesmond Zerafa.
Fl-aħħar, il-viċi-Sindku, wera s-sodisfazzjon tiegħu u sostna li din kienet biss żerriegħa ta’ xi ħaġa li bil-mod il-mod għandha tikber u tissaħħaħ.
MUSICO-LITERARY EVENING AT GZIRAThe Maltese Poets Association was invited to lend its contribution during the first Literary Evening held by the cultural section of the Gżira Local Council. The said evening was held on Friday 22nd May 2009, at 8.00pm in the modern hall opposite the Stella Maris College.The Vice Mayor, Dunstan Attard, himself a poet and responsible for the cultural section, opened the night. In his speech he said that it is the intention of the said council that such evenings be held monthly in an informal fashion, during which all those present will be able to read their works of a varied genre and different nature, each during a 5 minute allotment.Patrick Sammut, the Vice- President of the GĦ.P.M. gave some information about the association and its work in favour of poetry and maintained that the association is currently enjoying a very productive phase through the sterling contribution of dedicated members who work hand in hand to hold such poetry evenings on a regular basis. He stated the importance of its website and its email through which the GĦ.P.M. keeps those interested, informed about its events and makes it possible for them to keep contacts with foreign cultural entities and poets.During the evening, poems and prose extracts were read. The themes varied: history, religion, immigration, the second World War, family and Mikiel Anton Vassalli. The musical interludes were provided vocally by Jesmond Zerafa to the accompaniment of his guitar.At the end, the vice Mayor expressed his satisfaction and said that this was just the seed for something that with time would grow and strenghten.
LEJLA POE-MUŻIKALI
FL-IMTARFA
POE-MUSICAL EVENING AT MTARFA
As part of the MTARFA DAY 2009 celebrations, the Mtarfa local council and the Maltese Poets Association organised a Poe-Musical evening at the Primary School hall of this locality on Saturday 25th April 2009.There was a very good attendance both from the members of the said poetry society as well as from the Mtarfa residents.
A good number of poems were read in Maltese, English and Italian. There were even children who read their poems. With regards to the musical aspect mezzo soprano Miriam Camilleri and a clarinet trio provided entertainment.Alfred Massa, the Association President, in his initial speech greeted the audience and said that it was the association's pleasure to take part in such events as in this way it will have a greater opportunity to meet the local residents. He reminded them that the association's main aim is to get poetry and the Maltese always closer to each other. He said poetry has something for us all, so he invited both readers and audience to find in poetry this something that appeals to them. Everyone can choose the type of poetry he liked best. Then he expressed his joy that even the children were participating. This was a good sign, as if they are taught to love poetry from childhood, there stands a better chance they would continue loving it as they grow.The Mtarfa mayor, Anton Mifsud expressed his satisfaction both for the good attendance as well as for the organisation of the said event. While thanking all those who played a part in it, he gave an account of all that his council put together in the locality since they took over for the term.The evening came to an end with the exchange of mementos by the Maltese Poets Association President and the Mayor. Mementos were also given to the mezzo soprano and the clarinet trio. The Maltese National Anthem was then sung. A reception followed the evening.Mr. Charles Magro, the association secretary, lead the evening.
Rita Debono
Rita Debono membru tal-Għaqda Poeti Maltin fuq dan is-sit www.comoinpoesia-news-autori.com
Lejla
f'Ġieħ il-Mara
STEDINA "Jum IL-MARA"
|
Premjazzjoni tal-Konkors tal-Poeżiji
għat-Tfal 2008
VERSI:
Laqgħa
Ġenerali 2009/2011
Nifirħulu u nawgurawlu:
NEKROLOĠIJA.
L-Għaqda Poeti Maltin
waslitilha l-aħbar tal-mewt tal-Kan. Dun Joe
Mejlak, kittieb ta' drammi, proża u
poeżija. Il-mewt tiegħu tħabbret nhar
il-Ħamis 18 ta' Diċembru 2008 u kellu 64
sena. Il-Kan. Mejlak kien Membru Onorarju
tal-Għ.P.M.
l-Għaqda Poeti Maltin kien
rappreżentata fil-funeral tal-Kan. Mejlak li
sar l-għada (19 ta' Diċembru)
mir-rappreżentant tagħha f'Għawdex, il-poeta
Charles Bezzina.
LEJLA MILIED
MALTESE
POET EXCELS AT NOSSIDE INTERNATIONAL POETRY
CONTEST 2008
Nosside is an international poetry competition open for all countries from all over the world. Participants send their poetry written either in one of the five main languages (Spanish, French, English, Portugese, Italian) or in their native language (or dialect), with a translation in one of these five languages.
This year Nosside hosted 40 participating countries, 29 languages in all. There was one overall winner from Italy , four other winners and then 10 special mentions. Sixth Form teacher and poet Patrick Sammut featured among these last 10, with a special mention for his poem written in Maltese, Jum ta’ Btala, and translated into English as A Day ofRest.
The prize-giving ceremony was held on Friday, 28th November, at the Reggio Local Council. Poets from all over the world ( Italy , Brazil , Venezuela , Mexico , Colombia , China , Russia , Croatia , Congo , Malta ...) met and read out their winning poem.
Before the ceremony the group of poets, together with Prof. Pasquale Amato (the mind behind Nosside) were interviewed on Reggio TV. They also had the opportunity to visit the Archaeological Museum of the Magna Grecia in Reggio, where one can admire the world-famous Bronzi di Riace. In the evening they were treated to a superb Italian dinner in a restaurant nestled in the nearby hills. On Saturday morning a Seminar was held in Messina , where the poets discussed Cultural Differences and Poetry. Mr Sammut was given a silver plaque, together with a certificate commemorating the occasion.
L-Għ.P.M.
tfakkar il-25 sena mill-mewt ta’ Erin Serracino
Inglott
Nhar il-Ġimg]a, 28 ta’ Novembru,
l-Għaqda Poeti Maltin organizzat Lejla ta’ Tifkira
f’ġieħ Erin Serracino Inglott biex jitfakkar il-25
anniversarju tal-mewt ta’ dan il-kittieb u studjuż
ta’ Lsienna. Din saret f’Bir Mula ġewwa Bormla u
kienet preseduta mill-E.T. Dr Ugo Mifsud Bonnici,
President Emeritus.
Dr Mifsud Bonnici tkellem fit-tul dwar Erin peress
li kien jafu sewwa. Huwa ġedded it-tifkiriet li għad
għandu tiegħu, filwaqt li ma naqasx li jsemmi u
jikkummenta dwar ix-xogħlijiet li ħallielna; fosthom
il-Miklem Malti u t-traduzzjoni tad-Divina Commedia.
Inqrat bijografija dettaljata ta’ Serracino Inglott
minn Therese Pace, inqraw erba’ poeżiji u siliet
minn proża. Saret drammatizzazzjoni ta’ parti
mid-dramm Il-Kerjoti minn John Mallia u Ninu Borg.
Alfred Palma qara silta mit-traduzzjoni ta’ La
Divina Commedia; l-ewwel fl-original, imbagħad kif
ittraduċiha Erin, u fl-aħħrnett qara l-verżjoni
tiegħu. Palma rrefera wkoll għall-mawra tiegħu
f’Ravenna u qal li hemm ta ġieħ anki lil Erin
għat-traduzzjoni li wettaq ta’ l-istess kapulavur
letterarju.
Alfred Massa, President tal-Għ.P.M. li qal li
l-Għaqda tħossha fid-dmir li tfakkar nies kbar bħal
Erin Serracino Inglott li b’xogħlijiethom issuktaw
jistagħnu ’l-Ilsien u ’l-Letteratura tagħna. Massa
stqarr li ħassu xxurtjat li għamel xi żmien qrib
ħafna ta’ Erin Serracino Inglott għax barra milli
apprezza l-għerf tiegħu tgħallem ħafna minnu.
Ippreżenta l-Lejla s-Segretarju tal-Għ.P.M., Charles
Magro.
STQARRIJA
B’din l-istqarrija l-Għaqda Poeti Maltin turi n-nuqqas ta’ qbil tagħha ma’ uħud mid-deċiżjonijiet dwar il-varjanti ortografiċi, meħuda mill-Kunsill Nazzjonali ta’ l-ilsien Malti.
L-oġġezzjonijiet tal-Għaqda Poeti Maltin huma bbażati fuq il-fatt li dawn id-deċiżjonijiet għamlu ħerba sħiħa minn regoli xjentifikament stabbiliti li jagħtu karatteristiċi lill-ilsien Malti li jagħmluh distint minn kull ilsien ieħor.
B’dawn id-deċiżjonijiet il-Kunsill Nazzjonali ta’ l-ilsien Malti qisu għażel it-triq il-ħafifa u ssanzjona żbalji ortografiċi li jkissru l-għajn ta’ min ikollu l-isfortuna li jarahom miktubin, minflok ma għamel ħiltu biex jgħallem lil min jagħmel dawn l-iżbalji ortografiċi biex, forsi fl-aħħar, ma jidhrux iktar. Din hi biċċa xogħol ferm aktar diffiċli.
L-Għaqda Poeti Maltin ma taqbilx mal-prinċipju li “il-poplu jagħmel l-ilsien”. Fil-kuntest Malti żgur li l-poplu jkisser l-ilsien, u ftit baqgħalna biex neqirduħ għal kollox. Għal min irid juża l-ilsien sewwa jeħtieġlu jkun iggwidat mill-istrutturi, u dawn żgur li ma jagħmilhomx il-poplu. Jagħmilhom l-istudjuż, wara analiżi bir-reqqa storika, xjentifika, etimoloġika, eċċ.
X’aħna nippruvaw nagħmlu? L-Għaqda Poeti Malitn tqis dawn id-deċiżjonijiet bħala tentattiv biex inwarrbu għal kollox il-patrimonju għani li ħallewlna missirijietna l-istudjużi tal-Malti, biex inħallu lil kulħadd jikteb li jrid u jitkellem kif irid. L-ilsien tagħna m’huwiex fonetiku, u m’hawn ebda Lsien ieħor li hu għal kollox fonetiku. Jekk kulħadd jikteb kif iħoss (kif qegħdin jitgħallmu jagħmlu t-tfal tagħna fl-iskejjel) ikollna żgur diżastru. Biżżejjed nikkunsidraw il-ħafna djaletti li għandna f’din id-daqsxejn ta’ Art ħelwa li ngħixu fiha.
Fl-aħħarnett infakkru li qatt ma tista’ tkun eliminata għal kollox id-distinzjoni bejn l-ilsien mitkellem u l-ilsien miktub; u d-distinzjoni hi ta’ ċerta konsistenza. Jekk se nibdew niktbu kif nitkellmu lil-letteratura tagħna m’aħniex se nħallulha wisq nifs biex tkun tista’ tixxabbat mal-ġnub tal-għolja tas-suċċess.
It-tama tal-Għaqda Poeti Maltin hi li, b’sens għaref ta’ umiltà, uħud mid-deċiżjonijiet meħuda jkunu rriveduti (dan sar ukoll fl-imgħoddi), qabel ma jagħmlu ħsara indelibbli lill-ġenerazzjonijiet ta’ Maltin tal-ġejjieni u lill-ilsien Malti.
RIŻULTAT
KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA 2008
SERATA F'ĠIEĦ
POETA INGLIŻ
Fuq ix-xewqa tal-poeta u artist Ingliż, Stephen
Morris, l-Għaqda Poeti Maltin tellgħet Lejla ta' Poeżija
fir-Razzett tal-Markiz Tabone, il-Mosta, nhar il-Ħamis 2 ta'
Ottubru 2008 u li għaliha attendiet udjenza numeruża.
Inqraw poeżiji bil-Malti u bl-Ingliż dwar temi differenti.
Stephen Morris qara numru ta' poeżiji miktubin minnu. Huwa
kien intervistat minn Patrick Sammut dwar xogħlijietu u
mitlub jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-poeżija
kontemporanja.
Alfred Massa, President tal-Għaqda, f'diskors qasir qal li
din kienet it-tieni darba li l-Għ.P.M. qiegħda tilqa' lil
dan il-poeta bravu. Massa stieden lil dawk preżenti biex
jitgħallmu mill-poeżiji li jisimgħu, bħalma hu forsi qed
jitgħallem mill-poeżiji li qiegħed jisma'. Importanti
għalina li ninnutaw l-istili u t-temi li jiktbu dwarhom
poeti barranin. Fl-aħħarnett il-President ħajjar lil dawk
interessati biex isegwu l-website tal-Għaqda ħalli jżommu
ruħhom aġġornati dwar l-attivitajiet tagħha.
Mexxa s-serata, Charles Magro, Segretarju.
Il-Kunvent tad-Dumnikani
fir-Rabat
L-attendenza kienet numeruża għall-aħħar. Fosthom kien hemm preżenti ulied Kilin u familjari oħra tiegħu, Kunsillieri u s-Sindku, is-Sur Alexander Kraus.
Mexxa l-lejla s-Sur Charles Magro li fl-introduzzjoni tiegħu esprima l-pjaċir tal-Għaqda li ġiet fdata bl-organizzazzjoni ta' dil-lejla, kemm għax dan ifisser l-istima li tgawdi l-għaqda kif ukoll għax kien ħabib personali ta' Kilin, li dejjem ta' d-daqqa t'id tiegħu meta kien mitlub biex jgħin lill-istess għaqda.
Fl-assenza
tal-President, is-Sur
Dr. Joseph Axiaq,
il-vici-Segretarju tal-Ghaqda Poeti Maltin, qara
studju kritiku dwar ix-xoghlijiet ta' Kilin, studju
miktub mill-President, Alfred Massa.
Therese Pace imbagħad
qrat
profil
dwar
Kilin.
Il-membri
tal-Għaqda, Jane
Micallef, Rita
Debono,
Salv Sammut, Lino Grech,
Kav. Carmel
Bianchi, Therese Vella, Emmanuel
Attard
Cassar, Mary Doris
Chircop,
Membri tal-familja ta' Kilin imbagħad huma wkoll qraw il-poeżiji tagħhom iddedikati lil Kilin, kif għamlet ukoll Therese Pace. Membru ieħor tal-familja ta' Kilin kantat poeżija tiegħu stess.
Din il-lejla żżewqet kif isir dejjem bil-mużika li kienet ipprovduta minn Walter Micallef fuq il-kitarra, li esegwixxa 3 numri folk, u minn membru tal-Għaqda, Miriam Camilleri, li kantat 3 kanzunetti, akkumpanjata fuq is-synthesizer minn Joanna Galea.
Preżenti għal din il-lejla letterarja kien hemm ukoll is-Soprano Marie Therese Vassallo li, spontanjament, kantat poeżija tagħha stess ‘O Madonna Marija’, waqt li akkumpanjat lilha stess fuq il-kitarra.
Is-Sindku tal-lokal, Is-Sur Alexander Kraus, għamel id-diskors tal-għeluq.
Din il-lejla
kommemorattiva
hekk
sabiħa
ntemmet
b'riċeviment
sabiħ
tal-okkażjoni.
An Evening Dedicated to Kilin
25th September 2008
This evening was at the Dominican Order's convent in Rabat, in collaboration
with the Rabat Local Council and Michael Spiteri's or as he was better known
Kilin's children. The evening was very well attended which shows the high
esteem which both the GĦ.P.M. and Kilin enjoyed.
In the absence of Alfred Massa the association's President, Patrick Sammut
made a short introductory speech where he spoke of the association's many
activities. Then followed Kilin's profile. Dr. Joseph Axiaq, the vice
secretary of the association read a critical study of Kilin's works which
was written by Alfred Massa. Members of the GĦ.P.M. then read some of his
poems and exerpts from his works of prose. Some members of his family also
read poems dedicated to him or sang to his lyrics.
The musical interludes were executed by Walter Micallef, Miriam Camilleri
accompanied by Joanna Galea on the synthesizer and Soprano Marie Therese
Vassallo.
The Rabat Mayor Mr Alexander Kraus delivered the closing speech after which
a reception was held.
LAUNCHING OF NEW BOOKS
From:
ventifebbraio@iol.it
To:
ghaqdapoetimaltin@hotmail.com
Subject: COMO (Italy) - Lake LARIO and Potery -
Date: Wed, 3 Sep 2008 15:06:59 +0200
Lejla
Marjana f'Ħal Għaxaq

The Sunday Times, 20th July 2008
Well done to the organisers of The Malta Arts Festival 2008 for such a varied programme.
No fewer than 26 perfor-mances, including 225 artists, were incorporated in the programme.
It was very disappointing, however, to note that although there was such a variety of artists and events, poetry in any form and language was excluded. As stated by the minister, culture should include all kinds of talent from all the members of society to be enjoyed by all.
I am well aware that poetry is less appreciated by the public. However, poetry is a direct art which comes straight from the heart, and, in the light of The Maltese Poets' Association's events, I can vouch for a high standard of local poets.
They not only write in Maltese, but also in English, French and Italian.
Many have brought honour to Malta by presenting their works abroad. I look forward to see more inclusivity in cultural festivals.
ANTOLOĠIJA POETIKA MALTA-ITALJA
Nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Lulju, l-Għaqda Poeti Maltin qassmet kopji ta’ l-Antoloġija I SILENZI DELLA MONTAGNA E LE VOCI DEL MARE / SILENCES OF THE MOUNTAIN AND VOICES OF THE SEA lil dawk il-membri li pparteċipaw fiha. B’kollox 30 poeti Maltin flimkien ma’ 90 poeta Taljan għandhom xogħlijiethom stampati f’din l-Antoloġija.
Mexxa ċ-ċerimonja Charles Magro, li fisser kemm fl-Italja din l-Antoloġija sabet kritika pożittiva, kif wieħed jista’ jara minn ċerti websites u blogs.
L-ewwel kelliem kien Emmanuel Attard Cassar, Segretarju Internazzjonali tal-Għ.P.M. li ta rendikont dettaljat minn kif nibtet l-idea ta’ din l-Antoloġija sal-pubblikazzjoni tagħha. Din kienet stampata fl-Italja u saret b’kollaborazzjoni bejn iċ-Circolo Culturale Filatelico Numismatico ta’ Morbegnese u l-Għaqda poeti Maltin. Il-ħolqa prinċipali kienet il-poetessa Taljana, Paola Mara de Maestri.
Wara Mario Vella qara Studju Kritiku dwar l-Antoloġija b’referenza partikolari dwar il-poeżiji bl-Ingliż tal-poeti Maltin. Vella qal li dan hu pass għaqli ħafna u fid-direzzjoni t-tajba biex inwasslu l-poeġija lokali barra minn xtutna. Wara kollox, issokta l-kelliem, forsi mhux hekk għamlu l-ewwel poeti Maltin bħal Dun Karm, Anastasju Cuschieri, Vincenzo Maria Pellegrini u oħrajn?
Alfred Massa, President tal-Għ.P.M. qal li dan hu kapitlu ieħor magħluq tal-Għaqda li dejjem tara kif mhux biss tiftaħ beraħ il-bibien għall-poeti tagħna, imma wkoll li tesporta l-poeżija lokali f’pajjiżi barranin. Massa appella biex il-membri jkunu aktar attivi u biex isegwu l-informazzjoni dwar l-Għaqda minn fuq il-website interessanti tagħha. Huwa rringrazzja lil kulmin ħa sehem biex dan il-proġett seta’ jirnexxi.
Kien l-istess Massa li qassam il-kopji ta’ l-Antoloġiji li dawk preżenti.
Ritratti - Photos

POETIC ANTHOLOGY MALTA-ITALY
On Friday 11th July, at the premises of the Society of Arts,
Manufacture and Commerce in Valletta, the GHAQDA POETI MALTIN
held the official launch of the anthology I SILENZI DELLA
MONTAGNA E LE VOCI DEL MARE, and distributed copies to those
members who participated in this project. In all, there
were 30 Maltese poets and 90 Italian counterparts who have their
work included in this anthology.
Charles magro conducted the ceremony. In his initial speech he
explained how this anthology was given importance and prominence
in the way of constructive criticism in Italy as could be seen
from visits to certain
websites and blogs.
The first speaker was Emmanuel Attard Cassar, international
secretary of the Maltese Poets Association. who gave a detailed
account of how the anthology came about, from its inception,
when a member, Therese Pace, had established contact with Paola
Mara de Maestri, to its publishing. The anthology was published
in Italy with the cooperation of the CIRCOLO CULTURALE
FILATELICO NUMISMATICO DI MORBEGNO and the GHAQDA POETI MALTIN.
The link between these two entities was Paola Mara De Maestri.
In the course of the evening, Mario Vella read a critical study
of the said anthology with special reference to the Maltese
Poets' contribution. Vella said this was a wise step in the
right direction to export local poetry to
overseas markets. After all, he added, was this not what Dun
Karm, Anastasju Cuschieri and Vincenzo Maria Pellegrini and
others did before?
Alfred Massa as President of the association said this was
another successfully closed chapter for the GHAQDA POETI MALTIN,
which is always looking for ways to not only leave the doors
wide open for its poets, but to itself export their work
whenever possible. He appealed to the members to be more active,
to help sustain the association, to log on to its well kept
website frequently to be updated on the Association's activities
and news.
Finally he thanked all those who contributed towards the success of this project. It was Mr. Massa himself who distributed the copies to the poets present. A commemorative picture was taken for media and archive purposes.
L-Għ.P.M.
F'ATTIVITA' ĠDIDA F'GĦAWDEX
Nhar is-Sibt, 21 ta' Ġunju 2008, l-Għaqda Poeti Maltin organizzat it-tnedija uffiċjali tal-ktieb ta' poeżiji Meta Siket il-Baħar tal-poeta Charles Bezzina, li huwa r-rappreżentant ta' l-Għaqda ġewwa Għawdex.
Fis-Serata, li tmexxiet minn Cħarles Magro, ħadu sehem il-kantawtur Malti Walter Micallef u l-kitarrista Għawdxi Joe Engerer, kif ukoll għadd ta' qarrejja Maltin u Għawdxin, li qraw xogħliet mill-ktieb imsemmi. Joe Camilleri qara Studju dwar il-Ġabra poetika ta' Bezzina. L-attivita' saret fi Sqaq Nru 1, Triq Mons. Farrugia, fil-Belt Victoria. Kienu preżenti s-Sinjuri Tony Borg, f'isem il-Ministru Giovanna Debono li ma setgħetx tattendi minħabba impenji oħra, Joe Tabone, Sindku ta' Victoria, L-Onor. Justine Caruana LLD., M.P. u personalitajiet oħra.
Alfred Massa, President tal-Għ.P.M., tkellem dwar l-iskop li għalih twaqqfet l-Għaqda fl-1975. Huwa rrefera għall-problemi li jsibu ma' wiċċhom dawk il-poeti li jitħajru jippubblikaw xogħlijiethom, għalhekk, l-Għaqda tagħmel li tista' biex tgħinhom. Anzi, fil-preżent l-Għaqda qiegħda tara kif 'il quddiem tista' ssarraf din l-għajnuna anki materjalment.
Is-Sur Tony Borg mbagħad qara messaġġ miktub għall-okkażjoni mill-Onor. Ministru Giovanna Debono. Il-Ministru Debono faħħret lil Charles Bezzina bħala poeta u ħeġġitu biex ikompli miexi fit-triq li qabad u jissokta jagħmel ġieħ lil-Letteratura Maltija kif għamlu qablu poeti Għawdxin bħala Ninu Cremona, Anton Buttigieg, Ġorġ Pisani, Ġuże' Aquilina u oħrajn. L-Onor. Debono rringrazzjat ukoll lill-Għ.P.M. għas-sehem kbir li qiegħda tagħti b'riżq il-poeżija f'pajjiżna.
Lejn tmiem is-Serata Charles Bezzina rringrazzja lil kulmin ta' sehmu biex dik l-okkażjoni kisbet is-suċċess mixtieq. Wara saret bibita għal dawk preżenti.
Ritratti - Photos
THE
MALTESE POETS SOCIETY IN A NEW ACTIVITY IN GOZO
On Saturday 21st June, the Għaqda Poeti Maltin organised the launching of the poetry collection Meta Siket il-Baħar by Charles Bezzina, who is the association representative in Gozo.
In the evening which was conducted by Charles Magro, the association secretary, author and singer Walter Micallef took part as well as Gozitan guitarist Joe Engerer. Various Maltese and Gozitan readers read exerpts from the poetry book. Joe Camilleri read a study about Bezzina's poetry collection. The said activity was held at Alley number 1, Mons. Farrugia Street, Victoria. Among those present were Tony Borg, on behalf of the Hon. Minister Giovanna Debono (who was unable to attend in view of other activities), Joe Tabone, the Victoria Mayor, the Hon. Justyne Caruana LLD., MP. and other personalities.
Mr. Alfred Massa, the association President, in his opening address spoke about the various aims for which the association was set up in 1975. He referred to the problems that the authors who publish their work have to face, and added that that is why the association tries to help them in any way it can. Furthermore, he added, at present, the association is looking into ways and means to be able to translate this help even in a material way in the future.
Mr Tony Borg then read a message written by the Hon. Minister for Gozo Giovanna Debono for the occasion. She spoke highly of Charles Bezzina as a poet and encouraged him to persevere in this path to keep on honouring the Maltese Literature as other former Gozitan poets like Ninu Cremona, Anton Buttigieg, Ġorġ Pisani, Ġuże Aquilina and others did. She also thanked the Għaqda Poeti Maltin for its valid and significant contribution towards poetry in our country.
Towards the end of the evening, Charles Bezzina thanked all those who contributed towards the success of the evening. Afterwards, those present enjoyed some light refreshments.
LEJLA TA' POEŻIJA OĦRA IŻ-ŻEJTUN
Għar-raba' sena konsekuttiva L-Għaqda Poeti Maltin flimkien ma'
Ilħna u Poeżija tal-Kunsill Lokali tal-post tellgħet Lejla ta'
Poeżija fil-pjazza ta' wara l-knisja parrokkjali. Bħal dejjem
l-attendenza kienet tajba ħafna. Mexxa l-Lejla Charles Magro,
Segretarju tal-Għ.P.M. Ħa sehem ukoll il-kantawtur bravu Walter
Micallef.
Fost il-poeti membri tal-Għaqda li qraw xogħlijiethom kien hemm
Therese Pace, Raymond Grech, Stephanie Abela, Daniel Schembri,
Alfred Massa, Charles Magro, Andrew Sciberras, Salv. Sammut,
Alfred Calleja, Ninu Borg, Saviour Camilleri, Joseph Bonnici u
Frans Borg. Kien hemm ukoll Żwieten li qraw poeżiji ta' poeti
bħal Dun Karm, Anton Buttigieg u Rużar Briffa. Żewġt itfal qraw
poeżiji ta' Mary Puli.
B'hekk wieħed jista' jifhem kemm is-suġġetti kienu varjati;
daqstant ieħor kienu l-istili. Inqraw poeżiji bil-Malti u
bl-Ingliż,
Tkellmu Alfred Massa, President tal-Għ.P.M. u Joe Attard Sindku
taż-Żejtun. Massa fisser li l-qarrej għandu jfittex f'kull
poeżija il-messaġġ tagħha. Għax dan iżomm ħajja l-għaqda bejn
il-poeta u l-qarrej. Min-naħa tiegħu Attard irringrazzja
lill-Għ.P.M. u lill-Grupp Ilħna u Poeżija mmexxi mill-Kunsillier
Toni Seychell li tellgħu Lejla daqstant interessanti.