Free Web Hosting by Netfirms
Web Hosting by Netfirms | Free Domain Names by Netfirms

Emmanuel Attard Cassar
   

English

I hold the post of Assistant Lecturer at the
University of Malta .  I teach Computer Science / Information Technology at the Junior College, Msida.  My main hobby is writing, particularly poems.  I write in Maltese (mostly), English and Italian.

I hold a B.A.Educ (Hons) from the
University of Malta and a Dott. Sc. Inf. from the University of Pisa .

Some of my poems and one short story appear in anthologies published by the Maltese Poets Association and the Maltese Literature Group.


Malti

Naħdem bħala Assistant Lecturer ma’ l-Univeristà ta
Malta .  Ngħallem ix-Xjenza tal-Kompjuter u t-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni fil-Junior College, l-Imsida.  L-akbar passatemp tiegħi hi l-kitba, l-aktar tal-poeżija.  Nikteb bil-Malti (l-aktar), bl-Ingliż u bit-Taljan.

 

Iggradwajt B.A.Educ (Hons) mill-Università ta' Malta Dott. Sc. Inf. mill-Università ta' Pisa .

Uħud mill-poeżiji tieghi, flimkien ma' novella, jidhru f'antoloġiji publikati mill-Għaqda Poeti Maltin u mill-Ghaqda Letterarja Maltija.

Sea

Oh Sea
my liberty

in your upthrust
and my hanging to the surface…

in the mildness
of your temperature…

in the wideness
of your might…

in the colours
of your meanings…

I live
my liberty

 

 

 

Ħdejn il-Baħar

(Ritratt taOmmi)

Neżlin minn fuq tal-linja
bil-kpiepel
u bil-qrieq
bil-qasab u bil-palji.
M’hix twilgħall-bajja t-triq.

Ommi mal-ħajt tressaqna
tistenna l-frix tan-nies.
Imbagħad qajl qajl tmexxina
fil-kenn tad-dell wennies.

Żommu id f’id għalissa.
Araw li ma tiġrux”.
F’dal-basket għandi t-termos.
Ar’ qis li ma xxenglux.”

Għajnejha fiss fin-niżla.
F’idejha żżomm liż-żgħar.

Kulħadd fuq il-bankina
inkella mmorru d-dar.”

Il-kbir quddiem b’pass mgħaġġel
qiegħed basket iġorr.
Fih fliexken bir-ruġġata
bir-riħa tal-lews morr.  

Fih ħobż biż-żejt imgeżwer
fi ċraret imxarrbin
u kripps imsajjra l-bieraħ,
dulliegħa u ftit tin.  

Ir-ramla pass bogħod minna.
Il-baħar blu sabiħ
u l-ilma ċar u safi
sa l-ħut tara fil-qiegħ.

Iż-żgħar iqallbu f’basket
għall-pala u l-barmil
u ommi qed titbissem
tiggosta dan l-għamil.  

It-tnejn jibnu fortizza.
Wara jdawwruha b’foss.

“L-aqwa li qegħdin kwieti.
Tagħhom ma tismax ħoss.”

Imbagħad tiġbidni magħha
ftit ‘l hinn fejn hemm il-blat
u tgħidli: “Arhawn tista
fil-kwiet toqgħod tistad.”

U hi b’sikkina taqla
u tiekol ftit imħar.
U f’borża l-bebbux titfa’.
Ngħalluh la mmorru d-dar.”

Il-kbir jinsab hemm barra
ġo l-ilma bil-ballun
biex jara liema tfajla
se jolqot, ja brikkun.

U jżur ħsiebi lill-ieħor
li qiegħed f’istitut.
Fiss dieqa kiefra ddellel
ix-xemx ta’ dawn ix-xtut.

Issa qed issejħilna.
Ejjew għax sar il-ħin.
Ħa nilħaq lil missierkom
ngħallilu ftit għaġin”.

 

Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association

Merhba-Welcome  Storja/History  Poeti-Poeziji  Konkorsi-Competitions  Arkivju-Archive  Kuntatt-Contact

Copyright © 2005 GHPM. All rights reserved.

Fuq  Top