|
|
|
|
Geoffrey G. Aattard |
|
|
|
|
|
Dwar l-awtur Geoffrey
G. Attard twieled nhar l-24 t'Awwissu 1978. Attenda l-Iskola
Primarja |
Id-Dagħwa ta’ Chambray
Darba
kont waħdek prinċep fuq il-għolja, tisseqqer
kollok setgħa f’sebħ bla qjies; illum
ħafnek f’idejħ min siker fl-għana, min
xejn ma jimpurtaħ li kont għassies. Nixtieq
li kieku nista’ mmur fl-imgħoddi biex
nilmaħ ġmielek
safi mill-indħil; biex
nimraħ ġo
ħitanek kollhom qawwa, li
xehdu min jaf kemm għal ġlied qalil. ‘Mma
llum ilbitt u dħalt ġewwa qoxortok, għax
wensek tak f’idejn ulied l-għarib; mank
sura ma ħallielek sabiex tgħanni il-għanja
li għannejt qalb tant tiġrib. Kull
darba li niġġerra fl-idwar tiegħek nismagħha ħierġa d-dagħwa; il-qalb tibbies nixxennaq
li xi darba nerġa’ nilmħek kif
dari kont, sultan sabiħ w għassies. 3 - 1 - 2004
|
Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association
Merhba-Welcome Storja/History Poeti-Poeziji Konkorsi-Competitions Arkivju-Archive Kuntatt-Contact
Copyright © 2005
GHPM. All rights reserved.