Free Web Hosting by Netfirms
Web Hosting by Netfirms | Free Domain Names by Netfirms

Joe Camilleri

 

 

Dwar l-awtur

Joe Camilleri (1964 -     ) twieled fid-29 ta’ Settembru, ghex il-Gzira u joqghod Tas-Sliema. Huwa mizzewweg lil Josette u ghandu zewgt itfal, Marija u Jacob.

Huwa attenda l-iskola Primarja tal-Gzira, is-Sekondarja fis-Seminarju Tal-Virtu` u l-Istitut Tekniku tan-Naxxar fejn tharreg ghall-Kors Generali fl-Inginerija. Studja ghal infermier u llum huwa Nursing Officer fl-isptar Mater Dei.
Minn eta` zghira Joe gie mnebbah mill-poezija Maltija ta’ ommu Rina u thajjar jikteb xi poezija wkoll.
Joe huwa wkoll attur, direttur u membru fil-kumitat tal-Atturi Salesjani f’Tas-Sliema. Il-palk bil-Malti huwa ghal qalbu hafna u ttraduca xi xoghlijiet mill-Ingliz ghall-Malti.
Kiteb sensiela t’artikli bil-Malti dwar l-istorja tan-Nursing u l-Midwifery f’Malta u artikli ohra. Ihobb il-Melitensia u jaqra bil-Malti.
Huwa wkoll membru fl-Ghaqda Poeti Maltin.
 

Il-Maltempata

Ir-rih kattiv ivenven
ma’ dghajsa minn tal-qlugh.
Ir-rih minn guf il-mewga
twerzieq xajtan bla ruh

Il-mewg gellied ihabbat
Ma’ dghajsa minn tal-qlugh
u b’ilmijietu jimla
ir-raghwa tant ifuh

Il-qlugh bhal paraxut
mahsul bil-mewg salvagg,
stirat bla hoss, bajdani
dal-qlugh, kollu kuragg

Did-dghajsa hemm marbuta
b’habel l-ankra l-irqieq,
mal-moll tistrieh batuta
sakemm da’ kollu jfieq

Il-mewg issa vjolenti
behsiebu jaqsam fejn
ihabbat rasu iebsa
mad-dghajsa, mnejn sa fejn?

It-temp hemm fuq safrani
imhallat anki griz,
imcajpar qisu b’foga
bhal temp kollu tniggiz

Ir-raghw’ issa fis mela
Fej’ thares kullimkien.
Ir-rih ghal forza tmienja
bhal zdied daw’ l-ahhar jiem

Qalbi bil-biza’ thabbat
mimlija adrenalina,
r-raghda treghdet b’qawwa
Gesu` idhol ghalina!

Waqt talbi qieghed nahseb
Fil-hiemed rahal sajfi
fil-kwiet ta’ bajja helwa
fir-ramel miexi hafi

Il-Mixja

F’moghdija kollha zrar,
mikula qoxqox niexfa:
‘Qas mizwed ma jazzarda
rasu johrog dan jittanta.
Armat b’zarbun tal-mixi
miksi kollu trab;
bhal donnu jleqq waqt mixja
b’saff ramel dehbi f’kisja

‘Mma f’daqqa il-miraklu.
Hajja gdida kullimkien,
fejn zgur m’hemmx nitfa hajja
petali vjola jikbru qajla.
Novembru, x-xemx qed tizreg
fuq iz-zaghfran salvagg
jisponta kollu zelu
b’kisjietu fforma velu.

Jirtoghod il-fjur bezghan,
meta biss niccassaw lejh-
dal-fjur hekk xipli u sabih
bhal tifel zghir jilghab mar-rih

Bhal harqa nar sbuhija,
jinkesha kull mitluq
tal-gnub minn tal-moghdija-
bla nitfa hjiel moghdrija.

Nimxu nghaffgu kif gie gie
fuq dinjiethom Lilliput.
Malta ssahrek ta’ kuljum
gmielha fragli
bhall-bews shun.

Irdumijiet Xitwija

Arjet Dicembru,
cara kollha xemx
fuq l-ahrax xtajtietha,
bi blatha mkisser,
mimlija hajja ma lhitha.

Pepprin u trefolju,
ic-cfolloq u l-harxajja,
blanzuni mzewqa tmattru
minn naghas is-sajf li ntemm.
Is-sies haddari frisk,
mizghud b’estasi fjur tal-genn.

Il-mohriet, storbjuz tal-lum,
wrajh halla l-hamri mhammel
hamrani kulur id-demm,
bhal donnu haj, jekk temmen.

Il-gabjetti vojta,
mehlusin mill-krib tat-tajr.
Il-mansab xebbahtu qabar
bhal donnu ghassa, jaghti daqqa t’ghajn.

Rihet id-demel
bhal donnha naffret l-arja hemel,
u rewhet memorji
ta’ bixr’artijiet.
Bilhaqq, gimgh’ohra l-Milied.

Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association

HOME    HISTORY    COMMITTEE    POETS    WHAT'S NEW    MEMBERSHIP    ACTIVITIES    PUBLICATIONS    MEDIA    COMPETITIONS    CONCORSO    ARCHIVE    CONTACT

Copyright © 2005 GHPM. All rights reserved.

Fuq  Top