|
|
|
|
Alfred Palma |
|
|
|
|
|
Dwar l-awtur Alfred
Palma twieled il-Furjana fl-1939.
Studja fl-Iskola Primarja ta’ Haż-Żabbar u fil-Kulleġġ
De La Salle, fejn beda jikteb l-ewwel poeżiji tiegħu li kienu
bil-Franċiż. Fl-1957
beda jaħdem bħala għalliem fl-Iskejjel Governattivi
sal-1959 meta daħal fiċ-Ċivil sa meta rtira fl-1987.
Sa mis-sittinijiet bdew jidhru poeżiji tiegħu bil-Malti
f’bosta ġurnali lokali; kiteb ukoll bosta drammi għar-radju
(dak iż-żmien ir-Rediffusion) u aktar poeżiji tiegħu
bdew ukoll jinstemgħu fuq ix-xandir.
Fl-1972 dehru l-ewwel poeżiji tiegħu f’ġabra li
ħareġ flimkien ma’ Alfred Massa. John Sciberras u Maurice
Vella Borg. Beda jieħu
sehem f’bosta konkorsi letterarji kemm ta’ poeżiji u kemm ta’
novelli u bosta drabi kiseb l-ewwel premju.
Fl-1966 beda t-traduzzjoni bil-Malti tad-Divina Commedia ta’
Dante, li temm fl-1986 u stampa fl-1991. Fl-1993 beda t-traduzzjonijiet
bil-Malti tad-drammi ta’ Shakespeare, li minnhom stampa tnax u għandu
lesti għall-istampa għoxrin oħra.
Għal sebgħa
About
the author. |
Il-Ħajja X’inhija l-ħajja? biss qatra nida fuq il-fomm ta’ warda, li minn xofftejha n-naħla ssoff u tarda’ Il-ġmiel etern! Il-bikja ta’ tarbija, Il-għaxqa tat-tfulija, li bhalha m’hemmx! X’inhija l-ħajja? biss ħolma ħelwa illi qatt m’hi ġdida, li tgħib ġo xagħr’r ir-riħ bħalma tnehida ta’ diq etern! Waqt wieħed t’allegrija, tifkira taż-żgħożija li ma tintemmx! 3/11/1995 Nuages CHIARE, FRESCHE E DOLCI ACQUE…. |
Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association
HOME HISTORY COMMITTEE POETS WHAT'S NEW MEMBERSHIP ACTIVITIES PUBLICATIONS MEDIA COMPETITIONS CONCORSO ARCHIVE CONTACT
Copyright © 2005
GHPM. All rights reserved.