|
|
|
|
Alfred Massa |
|
|
|
|
|
Dwar l-awtur
Alfred
Massa (1938 - ). Twieled Hal Tarxien.
Ex-ghalliem tal-Malti f'Liceo tal-Bniet. Beda jikteb
fis-sittinijiet u kiteb drammi, novelli, saggi, artikli ta' kull tip,
rumanzi u poeziji. Rabah diversi premjijiet f'Malta u barra.
Xoghliet tieghu kienu ppubblikati anki barra minn Malta. Jikteb
bil-Malti, bl-Ingliz u bit-Taljan.
Kwazi
ko-fundatur tal-Ghaqda Poeti Maltin ma' Mons. Dr. Amante Buontempo u
President attwali ta' l-istess ghaqda mis-sena 2000. Membru
Akkademiku sa mill-1976. Imsieheb ukoll fl-Ghaqda tal-Malti
(univ.) u fl-Ghaqda Letterarja Maltija. Imsieheb ukoll f'Ghaqdiet
ohra kulturali fl-Italja.
Fl-1985
kien nominat Cavalliere d'Onore mill-Accademia Fraterna Unione
Culturale della Svizzera Italiana ta' Ponte Tresa. Membru Honoris
Causa a vita tac-Centro Divulgazione Arte e Poesia ta' Sutri
(VT), l-Italja. Din l-istess Associjazjoni hatritu Pioniere
della Cultura Europea ghas-sehem tieghu fil-qasam poetiku fl-1993.
|
Il-Gimgha,
30 ta' Dicembru 2005
ma' l-ahhar tokk ta' l-angelus
rajt liz-zmien habrieki
- bhal dejjem -
jigbed
b'sahha kbira
il-habel tas-siparju
mill-hgieg tat-tieqa n-naha tal-punent
dahlu fit-teatru
l-ahhar raggi fietla tax-xemx
hekk kif rafel u grabiel
hazzu fis-shab hamrani
l-epilogu
ta' dramm
twil tletin sena
imbaghad smajt idejn icapcpu
rajt ghajnejn suwed bil-maskara
u jdejn ohra mdawrin ma' ghonq
il-mahbub jew il-mahbuba
u baqghu hekk
sa ma d-dwal
intfew ghal kollox
|
Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association
HOME HISTORY COMMITTEE POETS WHAT'S NEW MEMBERSHIP ACTIVITIES PUBLICATIONS MEDIA COMPETITIONS CONCORSO ARCHIVE CONTACT
Copyright © 2005
GHPM. All rights reserved.