Free Web Hosting by Netfirms
Web Hosting by Netfirms | Free Domain Names by Netfirms

Anthony Farrugia

 

 

Dwar l-awtur

Kunsillier fil-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar

 

 

About the author.

Il-Ġojjin
 
Sebħet għodwa sabiħa,
Għalkemm fix-xhur xitwin;
Għasfur ċkejken fuq fergħa
Għaraftu ! Kien ġojjin.
 
Għajnejja baqgħu fuqu,
Widnejja ftahthom sew;
Għasafar oħra resqu
U flimkien jgħannu bdew.
 
Fakkruni fl-isbaħ noti,
Jitħanxru fuq vjolin;
'Mma l-oħla għanja kienet
ta' da' s-sbejjaħ ġojjin.
 
Sidru imtektek rajtlu,
Bhas-sinna tar-rummien;
Qronfla ħamra fuq rasu,
Isaħħħar kullimkien.
 
B'għaġeb kbir is-skiet waqa',
Xi ħadd ma ħamilnix;
"Bum, Bum" - kull ma kien baqa'
Daħna u balla rix.
 
U l-fergħa saret qabar,
Tghidx kemm għalejt għaliħ;
Kull darba li niftakar
Kemm kien tassew sabiħ!

Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association

Merhba-Welcome  Storja/History  Poeti-Poeziji  Konkorsi-Competitions  Arkivju-Archive  Kuntatt-Contact

Copyright © 2005 GHPM. All rights reserved.

Fuq  Top