Free Web Hosting by Netfirms
Web Hosting by Netfirms | Free Domain Names by Netfirms

Bruno Zahra

Dwar l-awtur

Bruno Żahra twieled San Ġiljan fl-1974 u joqgħod il-Gżira.  Hu ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola St. Catherine’s High School f’Tas-Sliema u wara fis-sekondarja fil-Kulleġġ ta’ Santu Wistin fil-Pietà.  Kompla l-istudju fil-liceo Gian Franġisk Abela, fl-Imsida.  Beda jaħdem mal-Gvern u kompla jistudja sakemm igradwa b’Diploma fl-Immaniġjar.  Fil-karriera tiegħu mal-Gvern bidel diversi postijiet u fil-preżent jaħdem il-Qorti fil-kariga ta’ Deputat Reġistratur.

Huwa membru fl-Għaqda Poeti Maltin.

 

Ilu jikteb il-poeżija minn mindu kien żgħir u jara li l-pajsaġġ poetiku juri t-triq tal-ħajja tal-bniedem.  Jemmen li l-poeta mhux sempliċiment jikteb il-versi iżda huwa l-awtur tal-ispektru tas-soċjeta – il-mera tas-soċjeta’ minn lenti artisika li turi l-polż mgħaġġel tal-bniedem li jagħttih f’diversi aljenazzjonijiet oħra.

 

Għandu għal qalbu ħafna l-element Franġiskan u fiż-żmien taż-żgħożija tiegħu kellu mpenn attiv sabiex irawwem l-ispirtu Franġiskan fost iż-żgħażagħ Maltin.  Għal perjodu qasir kien fuq il-bord editorjali tal-fuljett Dawl Franġiskan u attenda diversi konferenzi barra minn Malta sabiex jirrapreżenta liż-żgħażagħ Franġiskani f’Malta. 

Taħt l-Oċean

 

Ħarist fil-bogħod,

Rajt passaġġ twil,

F’salib it-toroq ħsibtni ntlift.

Imxejt max-xatt ta’ l-ilma ġiri

U sibt kaskata ta’ ilma nieżel

            b’saħħa feroċi.

 

Għeriqt

Ħsibtni mitt!

Bla nifs taħt l-ilma.

            Taħt l-ilma.

 

L-ilwien ta’ qiegħ l-oċean

Hemm il-ħut jitħaxken miegħi.

Rajt il-bżieżaq ta’ l-arja

            Ħierġin <?xml:namespace prefix = st1 ns = "urn:schemas-microsoft-com:office:smarttags" /> minn ħalqi

            Tielgħin ‘l fuq.

                        ‘l fuq.

 

Imtlejt bl-arja,

Imtlejt b’ħajja l-ġid,

Imtlejt bil-fantasija…..

Ispirazzjoni……..Dawl ġdid.

 

29 ta’ Marzu 2006

 

 

Il-Milja

 

Ġrejt u tirt mar-riħ;

ippruvajt nħares ‘l quddiem

u naqbad s-sħab

naqbad ir-riħ

sakemm insib it-tmiem.

 

Waqaft u ttawalt madwari;

ippruvajt nixrob l-arja

u nimtela b’ossiġnu fejdan

nsawwar il-ħajja

għal bniedem beżgħan.

 

Ħarist u skantajt;

t’Alla tiegħi

ippruvajt nifhem

il-kliem imtappan

bl-għanqbut tal-ħajja l-hemm

 

Hemm waqqaft;

tilgħeġ u tishar

il-qalb imdemmija

tal-ħajja

t-telgħa waqafija

 

09 ta’ Ġunju 2006


Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association

HOME    HISTORY    COMMITTEE    POETS    WHAT'S NEW    MEMBERSHIP    ACTIVITIES    PUBLICATIONS    MEDIA    COMPETITIONS    CONCORSO    ARCHIVE    CONTACT

Copyright © 2005 GHPM. All rights reserved.

Fuq  Top