|
|
|
|
David Muscat |
|
|
|
|
|
Dwar l-awtur David
Muscat (1973 - ) huwa għalliem tal-Malti u l-koordinatur tat-Taqsima
tal-Ħiliet Bażiċi tal-Kulleġġ Malti ta’ l-Arti,
ix-Xjenza u t-Teknoloġija (l-MCAST). Għal dawn l-aħħar
10 snin ħadem mill-qrib ma’ adulti u żgħażagħ
li kienu jeħtieġu jtejbu l-ħiliet tagħhom fit-taħdit,
fil-qari u fil-kitba bil-Malti. Fost oħrajn kiteb is-Sensiela Sisien,
ġabra ta’ riżorsi għall-għalliema u l-istudenti
adulti tal-Malti maħruġa mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni.
Huwa kien ukoll ko-fundatur u mexxej tan-Nixxiegħa Kulturali, għaqda
volontarja li ħadmet b’risq it-trawwim ta’ kuxjenza kulturali u
ambjentali fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta
u kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. |
mistoqsija
fit-toroq lejlija mixgħula blanzuni għad hemm lok għall-kwiekeb? fl-ibliet xehbiena turretti moħġiega għadha tista’ tbejjet l-għammiela? fl-irkejjen mistura ta’ ruħna pulpetta għadu jnemnem musbieħ twemminna? storja nixtieq ngħidlek storja iktibha fid-djarju pinġiha bil-lapes fuq karta rrakkmata onġorha statwetta għal fuq tavolina issaħħar b’dehritha lwien sinfonija tbaħbaħ f’ilmijietha xmajjar sħan serraħa għanni għanjietha fil-festi tal-kotra iżfnilha fuq ponotok taptip il-ballerina iġriha tellieqa sa ma żżarrad iż-żigarella ħudha numru tal-lotterija u tikseb fortuna omgħodha larinġa u ilgħaq il-qtajjar deffes imnieħrek f’ħodonha u tgħaxxaq bil-fwieħa iżragħha f’qasrija ħa tikber fi ġmiel ta’ balluta għożżha daqs ommok u rossha kutra miegħek nixtieq ngħidlek storja ħa tiktibha fid-djarju imma l-ewwel kelma nsejtha! jekk trid jekk trid tista’ tibki dell il-qamar hu u jitliegħeb għalik ħarstu mitlufa f’għajnejk jgħarrex bħall-friefet jekk trid tista’ titbissem m’għanjiet il-fewġa hi u tħejji għaż-żifna bi mwieġha tmelles xuxtek fil-ħemda ta’ lejla jekk trid tista’ tintelaq f’dirgħajn l-univers hu u jissaħħar bi ġmielek qalbu ġġammar nirien joffrilek sardinella jekk trid tista’ tibki titbissem tintelaq jekk trid tgħidlix kif u għaliex issib min iħobbok |
Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association
HOME HISTORY COMMITTEE POETS WHAT'S NEW MEMBERSHIP ACTIVITIES PUBLICATIONS MEDIA COMPETITIONS CONCORSO ARCHIVE CONTACT
Copyright © 2005
GHPM. All rights reserved.