|
|
|
|
Godwin Cini |
|
|
|
|
|
Dwar l-awtur Godwin
Cini twieled Raħal Ġdid nhar it-18 ta’ April 1952.
L-iżgħar fost sitt aħwa.
Studja l-iskola
Primarja tar-Raħal Ġdid u fl-istitut Tekniku ta’ l-Imrieħel.
Ikkwalifika bħala tekniku
tal-vetturi. Intbagħat
korsijiet fl-inġinerija barra minn Malta.
Attenda kors fit-teknika tal-bini fl’MCAST.
Ħa kors qasir fil-ġurnaliżmu. Kiteb
diversi artikli,sensiliet u poeżiji fuq bosta gażżetti,ġurnali,magazines
u fuljetti. Kien editor ta’
tliet pubblikazzjonijiet differenti. Iżżewweġ
lil Connie fil-1977 u għandhom żewġt ulied, Melanie u
Carolyn. Kien u huwa membru
(kien anki fil-kumitat) ta’ diversi għaqdiet fosthom; Mclaren F1
Malta, l-Għaqda Mużikali Sant’Anna Marsaskala.
Saint Ann Choir
Marseskala, Għaqda Poeti Maltin, Għaqda Letterarja Maltija,
Kikkra Kulturali, Għaqda tal-Malti (Universita).
Inħatar f’kumitati differenti mill-Kunsill Lokali
Marsaskala. Għandu paġna fuq l-Internet, (poetry.com)
tal-International Library of Poets fejn bħalissa ġew magħżula
il-poeżiji tiegħu ”From fast to fast” ”Passion on
wheels” ”Fair Share” “Cheers before you drive” u “I love and I
hate”. Poeżiji tiegħu
inqraw u ġew ippubblikati f’antoloġiji bħal “Voyage out
of Darkness” fil 2002 u “Theatre of the Mind” fil-2003. u fil-ktieb
“The Best Poems And Poets” kemm fl’Istati Uniti kif ukoll f’Pariġi
u f’Londra. Poeżiji
tiegħu bl-Ingliż wassluh biex jiġi nnominat għall-Poet
of the Year Award fil-2003,2004,2005 u 2006 mill-International Society of
Poets. Poeżija oħra
rebbħitu “l-Editors Choice” fil-2002.
Green Peace International stampaw poeżija tiegħu fil-Ġappun.
Poeżiji tiegħu anki ġew ippubblikati
About
the author. |
Made of love
Life is made of Roses, bright stars And of love Life is made of Sunshine, blue seas And of white doves Life is made of Smiles, caring and Giving kisses Life is made of Hugging, handshakes And the sincerest wishes Death is made of Hatred, bloodsheds And of evil desire Death is made of Torture, killing And of tire So let’s forgive, love And shelter together And hand in hand, we can live forever.
ANNA QADDISA
Lejk Sant’Anna ħelwa u tal-ħniena, Dan
il-ħsieb illum jien tajjart, Biex
titfa’ il-barka minn tiegħek, Fuq din
l-għaxqa ta’ wesa’ ta’ art. Fuq ix-xefaq ‘il bogħod ix-xemx tiela, Fuq il-baħar li jitmelles max-xtut, Nitolbuk biex tbierek l-għasafar, U fil-baħar il-qtajja tal-ħut. Żomm dik ħarstek fuq il-widien tagħna, Bierek ir-riħ ta’ fuq dawn l-imkien, l-għoljiet u l-għelieqi xidd fuqhom, Kun is-seħer fertili tas-sliem. Dawn djarna fawwarhom bl-imħabba, U li għemilna jkun biss ta’ ġieħ Biex fuq id-dlam l-għelt u il-ħażen, Dar-raħal ikun dejjem rebbieħ. Tinsa
qatt li aħna lkoll uliedek, U
li b’patruna tagħna nqiesuk, Flimkien
għarkuptejna quddiemek, B’dal qlub kollha imħabba nżejnuk.
26/5/06
|
Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association
Merhba-Welcome Storja/History Poeti-Poeziji Konkorsi-Competitions Arkivju-Archive Kuntatt-Contact
Copyright © 2005
GHPM. All rights reserved.