Free Web Hosting by Netfirms
Web Hosting by Netfirms | Free Domain Names by Netfirms

Gorġ Borġ

 

 

Dwar l-awtur

 

About the author.

IL-LINGWA TAN-NIXXIEGĦA

Jekk trid tkun taf

il-lingwa tan-nixxiegħa

ersaq bil-qima kollha

u għarkubbtejk fis-skiet

issemma’ l-ilma

li dejjem ġej

minn qalb l-għoljiet.

 

L-ilma ma jdumx ma jkellmek

f’dik is-siegħa

u inti tidra l-lingwa

tan-nixxiegħa.

 

 

BĦAL TIFEL

Bħal tifel jien

 

bħal tifel jara l-baħar

kollu jilma

u jieħu gost iċċaċaf fl-ilma...

 

bħal tifel qiegħed jilgħab

fuq ix-xatt

donnu ma jegħja qatt...

 

bħal tifel li l-pa tiegħu

xħin jara li l-ħin sar

jgħajjatlu u jieħdu miegħu

bil-ħlewwa lejn id-dar.

 

 


Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association

Merhba-Welcome  Storja/History  Poeti-Poeziji  Konkorsi-Competitions  Arkivju-Archive  Kuntatt-Contact

Copyright © 2005 GHPM. All rights reserved.

Fuq  Top