Free Web Hosting by Netfirms
Web Hosting by Netfirms | Free Domain Names by Netfirms

Jonathan Balzan

 

 

Dwar l-awtur

Jonathan Balzan twieled is-Siġġiewi fl-1972. ħa l-edukazzjoni tiegħu ġewwa s-Seminarju u kiseb Diploma in Youth Studies mill-Universita’ ta’ Malta. Rebbieħ ta’ Konkors Nazzjonali tal-poeżija imniedi mill-Għaqda Poeti Maltin fl-2003. Xi xogħlijiet oħra dehru f’antoloġiji kif ukoll fuq rivisti u kotba tal-festi. Dilettant tal-festi u l-arti tal-presepji. Huwa atleta prominenti f’pajjiżna. Rebbieħ tan-Nofs Maratona ta’ Palermo fl-2005, Nofs Maratona ta’ Malta fl-2009, diversi tlielaq oħra nazzjonali u rikonoxxuti barra minn xtutna, kif ukoll għandu r-rekord ta’ l-aqwa ħin qatt miksub minn atleta Malti fil-Maratona ta’ Malta fl-2008. Proprju għal dan is-suċċess ġie mogħti Premju ta’ Onorifiċenza mill-Kunsill tas-Siġġiewi b]ħala persuna li ddistingwiet ruħha fil-qasam sportiv.

Jonathan jaħdem f’bank ewlieni, hu miżżewweġ lil Pauline, missier Nathan imwieled fl-2006. 



Jekk nikteb

Jekk dak li nikteb taqraħ int biss

u jġib tbissima,

allura kitbieti imprezzabbli

u laħqet il-milja tagħha

għax ferrħet lil mara li nħobb

u serrħet lil ruħi li xi darba,

bħal oħrajn,

għad titmermer f’irmied.

 

Kanżunetta                                               

F’nofs ta’ lejl

smajt kanżunetta

tfittxek mill-bogħod

f’għajnejk tittama

li l-għada jisbaħ aħjar

u d-dwejjaq li kellek ilbieraħ,

itiru mar-riħ  jonfoħ tramuntana

jiknes qalbek mill-ebusija,

terġa’ tinbet u toktor imħabbitna

 


Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association

Merhba-Welcome  Storja/History  Poeti-Poeziji  Konkorsi-Competitions  Arkivju-Archive  Kuntatt-Contact

Copyright © 2005 GHPM. All rights reserved.

Fuq  Top