Free Web Hosting by Netfirms
Web Hosting by Netfirms | Free Domain Names by Netfirms

Joseph Axiaq

 

 

Dwar l-awtur

Joseph Axiaq twieled St. Venera nhar is-7 t’Awissu 1968.  Wara l-iskola obbligatorja kompla l-istudji tiegħu post-sekondarji fil-Kulleġġ De La Salle u wara fl-Universita’ ta’ Malta fejn gradwa BA fil-Malti u fl-Għarbi, BA (Hons.) fil-letteratura u l-lingwistika Maltija, MA fil-ligwistika applikata u PGCE fit-tagħlim tal-Malti.  Kompla l-istudji tiegħu fl-Ingilterra fl-Universita’ ta’ Sheffield fejn fl-2004 kiseb id-Dottorat fl-Edukazzjoni fejn saħansitra, waqt l-istudji tiegħu, kiteb xi xogħol relatat ma’ l-edukazzjoni post-obbligatorja u tagħlim kif ukoll dwar it-tagħlim tul il-ħajja.  Qaleb għall-Malti mit-Taljan  ix-xogħol Ruma: Il-Pellegrinaġġ il-Kbir-L-Erba’ Bażiliki (1999) u huwa l-awtur tal-ktieb Dwardu Cachia 1857-1907 (2005).  Huwa membru fil-kumitat ta’ l-Għaqda Poeti Maltin.  Fil-preżent huwa jgħallem il-Malti fil-kulleġġ De La Salle, fis-sitt klassi post-sekondarja, u l-pedagoġija tal-Malti fil-Fakulta’ ta’ l-Edukazzjoni ġewwa d-Dipartiment ta’ l-Arti u l-Lingwi fl-Edukazzjoni fl-Universita’ ta’ Malta.

 

 

Il-Mara tat-triq

Il-qamar fgat minn shab tqil
gharfilha t-triq tad-dellijiet.
jizziefnu
jitharrku mal-mixja bla tmiem,
ghatxana
mahkuma minn xewqat qliel,
jinhbew ma' l-ewwel raggi tal-jiem.
U zifnet bla heda biex taghhom tkun
ritwal imqanqal,
ritmu antik
li jserrah lil min
il-maskla jbiddel mas-sighat u s-snin.
Ghajjiet f'din it-trejqa li mhix ta' kulhadd
li fiha mxiet  ma' dik li l-ewwel rat.
Fil-hemda u l-bahh tad-dlamijiet
tkarbet
bkiet
ghajtet u staqsiet.
Ghax ix-xemx xtaqet tara u tahrab id-dellijiet
tifhem darba ghal dejjem riedet
ghaliex kiefer kien maghha
dan id-destin.
 
Il-Buffu

Bluha li timla tinda
tnessi l-veru kuluri 'l hinn minnha
f'abissi ta'estasi li jcajpru l-mohh
jitbellah,jiccacra hemm hu fin-nofs.
Jaqbez,
jitkaxkar
ghal zmien bla qies
ghax jahbi u jinsa wiccu jixtieq
taht maskla ta' lwien u daqq ta' bla hjiel.
'kk jistrieh
jaghraf iserrah
l-imhuh imsahra tal-massa
imxenqa ghall-gost u t-tbahrid
tinsa l-gewwieni trid.
 
Memory

My preceded memory
so fierce, 
so merciless,
so ruthless
are your pleasures in hounding me,
in drenching my eyes until dry they become.

You play 
an untamed, 
discordant instrument.
Birth to melancholic notes
it gives that glorify the emptiness
along with enhancing my Self pain.
My voice you perceive
imploring,
querulous, 
inquisitive for what once was.
Lost, 
exploring a dark labyrinth, 
meandering in a mysterious place
belonging only to my Self,
thirsting to find some light.

In vain…
My voice a slave remains
of my accompanied memory!

Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association

Merhba-Welcome  Storja/History  Poeti-Poeziji  Konkorsi-Competitions  Arkivju-Archive  Kuntatt-Contact

Copyright © 2005 GHPM. All rights reserved.

Fuq  Top