|
|
|
|
Joseph Sciberras |
|
|
|
|
|
Dwar l-awtur Joseph
Sciberra għandu 61 sena. Ilu
ħafna membru ta’ l-Għaqda tal-Malti (Universita) u fl-Għaqda
Letterarja Maltija. Kittieb ta’ diversi poeżiji li xi wħud
minnhom dehru fl-Antoloġiji li ħarġet l-Għaqda Poeti
Maltin.
About
the author. |
FUQ L-GHATBA TAT-TIELET MILLENNJU Nistħajlek
quddiemi baħar ta’ ramel F’deżert
Saħħari bħal dehbi l-lwien. Harist
madwari biex nilmaħ il-ħajja Imma
b’qalbi mnikkta ma rajtha mkien. U
rajt misteru fuq l-għoljiet ramlija Fejn
l-iġmla jbaħħru bil-qajla,bil-mod U
xejn ma nisma’ għajr ir-riħ ivenven U
waħdi jien nisfa’nħares fil-bogħod. U
nilmaħ l-oasi jħaddru bis-siġar Fejn l-għatx itaffi bl-ilma dal-miskin U
nara l-iġmla ma’ sidhom għajjieni Bil-pass
jħaffu, lejn l-ilma resqin Hekk
jiena nistħajlu dana l-millennju Mifrux quddiemi fil-baħħ
tal-futur ‘mma qed nilmaħ l-oasi f’deżert qalbi li
hi t-tama ta’ ġejjieni mistur. 9/6/97 Din
il-poeżija ġiet ikklassifikata t-tielet fil-Konkors Nazzjonali
tal-Poeżiji 1997 imniedi mil-Għaqda Poeti Maltin. IL-BIERAH,
ILLUM U GHADA U
sebaħ jum il-bieraħ kollu msaħħab U
dehret dalma la’ lejla xitwija Hassejt ir-ruħ
titnikket, solitudini, U vojt kbir ħassejt jidwi ġewwa fija. w imliet is-sema bnazzi kollha dija. Fetħet il-warda tfewwaħ ġewwa l-ġonna W imliet madwari b’tama dejjemija U
jasal għada bil-ħorga misteru Għax
ma nafx x’hemm mistur għalik w għalija ”Mma
’nħoss li x-xemx se tiddi minn filgħodu u
terġa ġġib il-paċi ġewwa fija Din
hi ħajti bħall-bieraħ, illum w għada Imżewqa
kemm bil-morr u kemm bil-ħlewwa ”mma
għalkemm in-niket jagħfas ġmielu fuqi it-tajjeb
jirbaħ dejjem fuq id-dnewwa. 31/10/97 Din
il poeżija issemmiet b’Tifħir fil-Konkors ta’ Poeżiji
1998 imiedi mil-Għaqda Poeti Maltin |
Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association
Merhba-Welcome Storja/History Poeti-Poeziji Konkorsi-Competitions Arkivju-Archive Kuntatt-Contact
Copyright © 2005
GHPM. All rights reserved.