Free Web Hosting by Netfirms
Web Hosting by Netfirms | Free Domain Names by Netfirms

Kevin Tanti

 

Dwar l-awtur

Kevin Tanti twieled fl-1982. Jahdem bhala infermier. Membru fl-Ghaqda Poeti Maltin. Mizzewweg lil Jacqueline u ghandhom tifel, Kyle.

DROGA

Mitluf, imbikki,
nishet lili nnifsi,
ma kellix ghazla
hlief dik il-labra..
Hi biss tatni pjacir

Biss sakemm drajtha,
u llum ma nghixx
minghajr titqiba.
Spiccajt f’hofra
fonda daqs bacir.

Qed inhossni li
ma nistax nirkupra
minn dan il-vizzju
sahharni, hakimni,
tieghu gejt ilsir.

Gejt muri d-debba
u ghidt li sabiha,
izda quddiemi sibt
hmara xiha ghakka.
Inhossni ingannat.

Hajti intemmet,
qieghed biss
nezisti. L-ghixien
inhossu hallieni,
inhossni indannat.

Nisthtek droga,
u ’l min webbilni
bik.. Kif sahhartni?
Kif qridtni? Kont
mehdi fil-bluhat


IL-MILIED

Fil-Milied f’pajjizi
rajt id-dwal iteptpu,
smajt il-muzika ddoqq
rihet l-ikel xammejt bnin
tighemt dan l-ikel fin
hassejt il-ferh taz-zmien

Izda wkoll f’art ohra
rajt in-nies imutu
smajt il-bombi jfaqqghu
xammejt dawk il-porvli
tighemt stonku battal
hassejt ugigh ta’ qalb

Minkejja li l-Milied
25/12/2008



BEBBUXU/ABORT

Ipprova jaħrab il-bebbux
kif ħassu jaħraq il-misħun
mexa ’l fuq sewwa fil-borma
mexa ’l fuq kemm jista’ jkun

l-istess għamlet it-tarbija
li kienet vittma ta’ abort
tarbija illi inqatlet
minghajr ma kellha ebda tort

it-tnejn l’huma kieku xtaqu
illi mewt ċerta jevitaw
iżda l-id illi qerdithom
ma ħallithomx jipprotestaw

kieku xtaqu t-tnejn li huma
jaħarbu, biex mewt jiskansaw
il-mewt kerha li ġiet fuqhom
mingħajr iċ-ċans li jevitaw

ta’ bniedem idejn qattiela
qerduhom mingħajr xejn ħniena
id ta’ ġifa illi qerdet
żewġ kreaturi, tnejn għajjiena


Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association

HOME    HISTORY    COMMITTEE    POETS    WHAT'S NEW    MEMBERSHIP    ACTIVITIES    PUBLICATIONS    MEDIA    COMPETITIONS    CONCORSO    ARCHIVE    CONTACT

Copyright © 2005 GHPM. All rights reserved.

Fuq  Top