|
|
|

Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association
KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA 2008
REGOLAMENTI
1. Kull poeżija tista’ tkun f’kull forma, ma tridx tkun itwal minn tletin (30) vers u trid tkun oriġinali u qatt imxandra jew ippubblikata qabel. Tista’ tkun bil-Malti, bl-Ingliż jew bit-Taljan.
2. Kull poeżija trid tkun ittajpjata fi tliet (3) kopji bi spazju doppju.
3. Il-Konkors hu miftuħ għal kulħadd, barra mill-Membri tal-Kumitat tal-Għaqda Poeti Maltin.
4. Kull konkorrent jista’ jibgħat sa tliet (3) poeżiji.
5. Kull poeżija għandha tidher taħt psewdonimu. Isem il-poeżija, l-isem u l-indirizz tal-konkorrent flimkien mal-psewdonimu addottat, għandhom ikunu f’envelop issiġillat, li għandu jkun mehmuż mal-poeżiji.
6. Jingħataw tliet (3) premjijiet lill-ewwel tliet (3) poeżiji rebbieħa bil-Malti. L-ewwel premju jkun il-Premju Mons. Buontempo. Jingħataw żewġ (2) premjijiet oħra għall-aħjar żewġ (2) poeżiji bl-Ingliż u żewġ (2) premjijiet g]all-aħjar żewġ (2) poeżiji bit-Taljan.
7. L-Għaqda Poeti Maltin iżżomm il-jedd li tippubblika bla ħlas (għallinqas darba) il-poeżiji li jidħlu għall-Konkors.
8. Il-poeżiji li jitressqu għall-Konkors ma jingħatawx lura.
9. Ħadd ma jkollu jedd għal aktar minn premju wieħed, iżda jista’ jissemma b’ġieħ għal aktar minn poeżija waħda.
10. Il-ġurija titħabbar mar-riżultat u d-deċiżjoni tagħha tkun finali.
11. Kull konkorrent irid jibgħat 5 Ewro jekk mhux membru tal-Għaqda Poeti Maltin. Jekk hu membru jibgħat 3 Ewro, basta jkun regolari fil-ħlas tas-Sħubija (2008). Dan għandu jsir immaterjalment jekk il-konkorrent jiħux sehem b’poeżija waħda, tnejn jew tlieta. Il-ħlas għandu jsir b’ċekk jew money order, indirizzat lis-Sinjura M.D. Chircop, Teżoriera tal-Għaqda Poeti Maltin.
12. Il-poeżiji u l-ħlas iridu jaslu għand is-Segretarju tal-Għaqda Poeti Maltin, is-Sur Charles Magro, “Darna”, 42, Triq is-Sur, Fgura FGR 1249, sal-20 t’Awissu 2008.
13. Id-data ta`-ċerimonja tal-Premjazzjoni titħabbar aktar tard.
14.
Min jonqos f’xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet jiġi mal-ewwel
skwalifikat.
Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association
Merhba-Welcome Storja/History Poeti-Poeziji Konkorsi-Competitions Arkivju-Archive Kuntatt-Contact
Copyright © 2005
GHPM. All rights reserved.