|
|
|
|
Miriam Camilleri |
|
|
|
|
|
Dwar l-awtur Għandha 49 sena. Imwielda Bormla u toqgħod Ħal Qormi. Miżżewġa u għandha erbat itfal. Taħdem bħala ners ma' l-M.M.D.N.A. Il-passatempi tagħha huma l-qari, il-kant u l-poeżija. Hija membru ta' l-Għaqda poeti Maltin, u parti mill-kor "Marie Therese Vassallo Voice Studio" fejn ilha tistudja l-vuċi għal dawn l-aħħar tmien snin. L-aspirazzjonijiet tagħha huma ħafna għax temmen li għalkemm qed tikber qatt m'hu tard wisq. Tispera li 'l quddiem ikollha ċ-ċans li tippubblika l-ewwel ktejjeb tal-poeżiji tagħha. Sa dak il-waqt taħdem kemm tista' biex tippromwovi l-poeżija Maltija kull fejn tkun.
About
the author. |
ĦARIST
Ħarist 'l fuq... Fil-ħemda u s-skiet rajt żewġt ikwiekeb li bla kwiet kienu jteptpu u jħarsu fix-xej'. U ħsiebi ġerrej dar fuqek... U qabbilt t'għajnejk il-ħbub mad-dawl irżin tal-kwiekeb li bi ġmielhom jinfdu u jgħaxxqu l-qlub. Ħarist fil-bogħod... Ilmaħt fuq xefaq setgħan lis-sema jitbewwes mas-sema kaħlan. U deherli li smajt it-thewdin tal-mewġ, li jilgħab fin fin fuq l-uċuħ ta' l-ilma, li jleqqu fid-dawl ta' qamar fiddien. U f'moħħi ġejt int... U l-ħsejjes tal-mewġ li jmellsu b'manjiera ġentili lill-baħar immens, stħajjilthom bħal kliem mimli mħabba li bħal wens, nistenna li joħroġ minn fommok biex lili jmellisni u jimlini bit-tama ta' xefaq dejjiemi. Ħarist madwari... Smajt ta' l-arloġġ it-tektik bla serħan li waħda war'oħra juri s-sigħat għaddejjin, u 'l qalbi li għalik tħabbat bla waqfien qabbiltha ma' l-arloġġ, li jheda fit-tekeik ta' kull ħin, taħbit mgħaġġel ta' qalb ħerqana li miġnuna w għatxana għal ħarstek u kliemek li jġiegħlu lil Qalbi żżid fit-taħbit xhieda ta' mħabbti qawwija Għalik.
M'hemmx
M'hemmx
isbaħ mill-imħabba M'hemmx
isbaħ mill-wegħdiet M'hemmx
qalb li ma tafx tagħder f'mumenti ta' karbiet! M'hemmx
warda mingħajr xewka M'hemm
xita mingħajr sħab M'hemmx
għasel mingħajr naħal li jaħdem lejl u nhar. M'hemmx
hena bla tbatija M'hemmx
ħolm mingħajr irqad M'hemmx
kenn għal waqt ta' niket fejn qed jirrenja l-mard. Hemm
biss ħarsa ta' ħniena Hemm
biss Id il-Mulej Li
tpoġġi demgħa sħuna fix-xifer tal-għajnejn; U
tarmi ftit tbissima fuq ħoġor ix-xufftejn.
|
Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association
Merhba-Welcome Storja/History Poeti-Poeziji Konkorsi-Competitions Arkivju-Archive Kuntatt-Contact
Copyright © 2005
GHPM. All rights reserved.