Free Web Hosting by Netfirms
Web Hosting by Netfirms | Free Domain Names by Netfirms

Omar Seguna

http://www.geocities.com/Athens/Pantheon/8872/main.html

Dwar l-awtur

Omar Seguna (19   -     ) twieled il-Kalkara.

Pubblikazzjoni:  "Mal-Hoss Qawwi tar-Raghad", gabra ta' poeziji bi prezentazzjoni ta' Guze' Chetcuti, u diversi pubblikazzjonijiet ohrafuq il-gurnali u fuq ir-radju

Delizzji ohra:  Xoghol artistiku bl-arkett, u kollezzjonist tal-cactus u sukkulenti ohra.

Kwotazzjoni favorita:  "Issa ma hemmx izjed Lhudi u anqas Grieg, ma hemmx ilsir u anqas hieles, ma heemx ragel u anqas mara"  (Galatin 27)

Poeti Famuzi favoriti:  Pablo Neruda, E E Cummings, Oscar Wilde
Liricisti ohrajn li influwenzawni:  Jim Morrison tal-grupp the Doors.

Fid-dezert 

Biex infittex gawhra 
fid-dezert mort 
naghqad u ndur 
u nibqa' fejn inkun. 
F'maltempata tar-ramel 
nixxabbat u nilheg 
l-gholjiet wieqfa 
liebes il-gild tal-gemel. 

F'disilluzjoni 
infittxek sabiex 
tixghel il-fjamma f'qalbi 
u nisimghek tghanni 
l-Ghanja helwa ta' l-Ghanjiet 
li kont nisma' dari, ghax 
tlift anke n-Nifs li j'tini l-hajja 
u jerga' jinghatali biss 
meta nkun qrib tieghek. 

29 - 1 - 94 

 

Fejn insibek? 

Ghalfejn 
inkompli tiela' l-gholja tal-Golgota 
nixxabbat, nilheg biex nilhqek Smewwiet blu, 
met'hawn fuq hiemda l-kampnari tal-knejjes 
u m'ghadnix nisma' l-ghana ta' l-ghasafar? 
Hawn funeral; il-buffu ma giex mieghi, 
u l-gawhra li nxomm f'qalbi waqghet, tliftha. 
Bla hbiberija, bla ferh u bla mhabba, 
int fiex tezisti?
Missier ... 

Rajtek ggant; rajtek fil-boghod 
U inzajt din l-uniformi li libbistni int 
Kliemek tqil wisq ghalija 
u ghemilek issa qdiem. 

Izda jerga' jsir moda 
il-mod kif ghallimtni ngib ruhi 
u ghad infittex fuq elf dizzjunarju 
il-kliem li minghandek kont nisma'. 

9 - 9 - 95

Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association

HOME    HISTORY    COMMITTEE    POETS    WHAT'S NEW    MEMBERSHIP    ACTIVITIES    PUBLICATIONS    MEDIA    COMPETITIONS    CONCORSO    ARCHIVE    CONTACT

Copyright © 2005 GHPM. All rights reserved.

Fuq  Top