Free Web Hosting by Netfirms
Web Hosting by Netfirms | Free Domain Names by Netfirms

Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association


Lejla ta’ Premjazzjoni 

KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA GĦAT-TFAL 2008

 

Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Jannar 2009, l-Għaqda Poeti Maltin ippremjat l-għaxar rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija għat-Tfal 2008 li kien miftuħ għal dawk iż-żgħażagħ fit-tieni livell sekondarju fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti.  Is-serata saret fis-Sala tal-Art, Manifattura u Kummerċ, il-Belt Valletta.  Fid-diskors tiegħu, il-President tal-Għaqda, is-Sur Alfred Massa, saħaq dwar l-għan aħħari tal-Għaqda fit-tnedija ta’ konkorsi għat-tfal u żgħażagħ.  Saħaq li l-Għaqda temmen li għandha trawwem fihom l-imħabba għall-kitba tal-vers.  Radd ħajr lill-ġenituri preżenti, lir-rebbieħa u kompla billi enfasizza l-importanza u s-sehem kbir li jagħtu l-iskejjel u l-għalliema biex jimmotivaw lill-istudenti jipparteċipaw għal dan il-konkors.  Irringrazzja wkoll lill-membri tal-ġurija li kienu s-Sur Omar Seguna (għalliem fi skola tal-Istat, poeta u membru tal-Għaqda Poeti Maltin), lil Sr. Elaine Mifsud (għalliema fi skola tal-Knisja) u lis-Sinjorina Marienza Spiteri (għalliema fi skola Indipendenti).  Flimkien ma’ dawn, radd ta’ ħajr mar ukoll lil Merlin li dejjem sponsorjaw lill-Għaqda f’konkorsi bħal dawn u lil Agius and Agius li din is-sena ta wkoll is-sehem tiegħu billi offra lir-rebbieħa u lill-parteċipanti kollha voucher.  Is-serata kienet immexxija minn Dr. Joseph Axiaq, assistent segretarju tal-Għaqda Poeti Maltin, kif ukoll bl-għajnuna ta’ Dott. Manwel Attard Cassar, segretarju internazzjonali, u s-Sur Patrick Sammut, viċi president tal-Għaqda.

 

Ir-rebbieħa

1 post : Miriana Borg bil-poeżija Vizzji Qerrieda

2 post : Martina Busietta bil-poeżija I See her Coming

3 post : Antoine Attard bil-poeżija The Mouldy Orange

4 post : Maria magro bil-poeżija Għażiż Nannu

5 post : Martina Borg bil-poeżija Is-Sajd

6 post : Faye Bartolo bil-poeżija Prince Charming

7 post : Lara Azzopardi bil-poeżija Il-Milied

8 post : Jessica Duncan bil-poeżija Me

9 post : Carla Galea bil-poeżija Dedika lir-Refuġjati

10 post : Francesca Grech bil-poeżija Mhux Tort Tiegħi.


Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association

HOME    HISTORY    COMMITTEE    POETS    WHAT'S NEW    MEMBERSHIP    ACTIVITIES    PUBLICATIONS    MEDIA    COMPETITIONS    CONCORSO    ARCHIVE    CONTACT

Copyright © 2005 GHPM. All rights reserved.

Fuq  Top