Free Web Hosting by Netfirms
Web Hosting by Netfirms | Free Domain Names by Netfirms

Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association


           

In-Nazzjon, Il-Ħamis 20 ta' Ottubru 2005     Riżultat ta' Konkors Letterarju

Il-Mument Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2005         Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 2005

The Sunday Times, October 23, 2005         National Poetry Contest Winners

TMI, Gallarija, October 23, 2005                 Winner of National Poetry Contest for second year running 

L-Orizzont 26 ta' Ottubru 2005                    Ir-Rebbieħa

Lejla ta’ Premjazzjoni 

tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 2005

Nhar il-ġimgħa, 30 ta’ Settembru 2005 l-Għaqda Poeti Maltin għamlet iċ-ċerimonja tal-Premjazzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 2005.  Din saret fis-sala “Ġużeppi Despott, Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, il-Furjana.

F’diskors li għamel għall-okkażjoni, Alfred Massa, President tal-Għaqda wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li dan il-Konkors dejjem qed jiġbed lejħ għadd sabiħ ta’ poeti; uħud minnhom uċuħ ġodda f’dan il-qasam.  Dan hu ta’ sodisfazzjon kbir g]all-Għ.P.M., fisser Massa għax wie]ed mill-għanijiet tagħha hu li tgħin lill-poeti tagħna joħorġu mill-kxaxen tagħhom ix-xogħlijiet li jkunu nisġu matul is-sena.

Issa, li l-Għaqda għandha l-website tagħha, dawk interessati jistgħu jsegwu l-attivitajiet li torganizza minn żmien għal zmien.  Il-President temm id-diskors tiegħu billi stieden li dawk li għandhom ma sseħbux fl-Għ.P.M. biex l-ewwel jaraw xi tkun din l-Għaqda u wara jiddeċiedu.  Li hu żgur hu, li l-Għaqda tixtieq li kull poeta jissieħeb fiha.

Il-ġurija għal dan il-konkors kienet magħmula mis-Sinjura Lina Brockdorff, Mark Debono u Joseph P.Borg.  Fir-Rapport tagħha il-ġurija rreferiet għall-145 poeżija li ħadu sehem bħala numru tassew inkoraġġanti.  Semmiet xi għeltijiet li ltaqgħet magħhom u għamlet xi suġġerimenti.

Wara, inqraw il-poeżiji rebbieħa f’kull taqsima u tħabbar ir-rizultat li kien dan li ġej:

 

Malti:  1. Nostalġija (Raymond Grech);  

            2. Karikatura (Louis Briffa);

            3. Lill-Għasfur tal-Bejt (Frank Mercieca).

 

Ingliż:  1. Ocean Rodeo (Marilyn Hodgson); 

            2. Steel (Christopher E. Ripard)

 

Taljan:  1. Sotto il Legno della Croce (Mario Attard); 

              2. Fuori  (Rebecca Grima).

 

Issemmew b’ġieħ: Rovina (Martin Farrell); No Masquerade (Doreen Scerri); Ħajku 2 (Maurice Mifsud Bonnici); Ave Maria (Jane Micallef); Phantom (Therese Pace); Ras ir-Randan (Therese Pace); Sedqa (Joseph M. Galea); Autunno (Mario Attard);  Shoah! Shoah! (Mary Grace Caruana) u Sober Inebriation (Miriam Calleja).

  Ir-rebbieħa ngħataw tazzi u diplomi.  Dawk li ssemmew b’ġieħ ingħataw sett kotba. 

  Ippreżenta is-serata Charles Magro, Segretarju ta’ l-Għaqda.


Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association

HOME    HISTORY    COMMITTEE    POETS    WHAT'S NEW    MEMBERSHIP    ACTIVITIES    PUBLICATIONS    MEDIA    COMPETITIONS    CONCORSO    ARCHIVE    CONTACT

Copyright © 2005 GHPM. All rights reserved.

Fuq  Top