Free Web Hosting by Netfirms
Web Hosting by Netfirms | Free Domain Names by Netfirms

Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association


Lejla ta’ Premjazzjoni 

TA' POEZIJA GHAT-TFAL 2006

 
Nhar il-Gimgha, 2 ta' Frar, l-Ghaqda Poeti Maltin organizzat ic-cerimonja tal-premjazzjoni tal-Konkors ta' Poezija ghat-Tfal 2006 fis-sala ta' l-iskola primarja, il-Furjana.
 
Ghalkemm kienu mistiedna r-rebbieha biss, is-sala kienet mimlija bit-tfal, bil-genituri u bl-ghalliema taghhom.  Ipprezenta l-programm Charles Magro.
 
F'diskors li ghamel il-president tal-Ghaqda, Alfred Massa, stqarr li l-Gh.P.M. taghti importanza kbira lit-tfal u liz-zghazagh ghax fihom tara l-irgiel u n-nisa ta' ghada.  Ghalhekk min jaf kemm mill-partecipanti tal-konkorsi li organizzat l-Ghaqda ghad johorgu poeti fil-futur.  Imma l-aktar haga importanti, qal Massa, hija li nnisslu fit-tfal tal-lum l-imhabba lejn il-poezija halli ghada pitghada dawn jghadduha lil ta' warajna.
 
Dr. Joseph Axiaq imbaghad qara r-Rapport tal-Gurija li kienet maghmula mis-Sinjuri M.G. Pace (ex-ghalliema), Gorg Borg (poeta) u Dr. Mario Debono (Lecturer).  Ghal dan il-konkors dahlu aktar minn 600 tifel u tifla.  Il-konkors kien maqsum f'zewg kategoriji. A.  tfal  bejn is-7 u l-10 snin, u B. tfal bejn 11 u 13-il sena.  Ir-rebbieha nghataw premjijiet ta' kotba gentilment offruti mid-Ditta Merlin Library ta' Blata l-Bajda.
 
Rizultat.  Taqsima A.
1. "Jien" ta' Daniel-Joe Meli.  2.  "L-Ghasafar" ta' Antoine Brincat.  3.  "Il-Qattus Tieghi" ta' Sarah Debono.  4.  "Il-Milied" ta' Aaron Montebello.   5.  "Il-Milied" ta' Mark Busuttil.
 
Taqsima B.
1.  "L-Immigrant Illegali" ta' Maria G. Grech.   2.  "Min Jaf?" ta' Stefanie M. Agius.   3.  "Kif Se Npingi lill-Bambin" ta' Daniel Fava.   4.  "My Parents" ta' Ylena Bonello.   5.  "Fi Zmien il-Milied" ta' Juanita Grech.

Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association

HOME    HISTORY    COMMITTEE    POETS    WHAT'S NEW    MEMBERSHIP    ACTIVITIES    PUBLICATIONS    MEDIA    COMPETITIONS    CONCORSO    ARCHIVE    CONTACT

Copyright © 2005 GHPM. All rights reserved.

Fuq  Top