Free Web Hosting by Netfirms
Web Hosting by Netfirms | Free Domain Names by Netfirms

Rita Debono

 

Dwar l-awtur

Rita Debono was born in Valletta, daughter of John and Dolores Muscat.  She was educated at St. Joseph's Convent and Maria Assumpta Secondary School and later followed a Pedagogy Course. She has been teaching for the past 19 years.  She is married to Michael Debono and they have two  sons, Cedric and John Paul.  She has been writing poetry since she was 11 years old.  She writes in Maltese, Italian and English and her poems have won her a number of competitions.  Her works have been included in various anthologies.

RIGAL

 

Għasfur ġo gaġġa tajtni

Rigal għal għeluq żmieni

Sibtu fuq il-kredenza

Dal-għodu kmieni kmieni.

 

Xtaqt kieku ngħidlek grazzi

'Ma ħassejt dieqa kbira

X'ħin rajt dil-ħlejqa ċkejkna

Imsakkra f'kamra fqira.

 

Ma stajtx inkun ferħana

F'dal-jum għażiż għalija

Kif setgħet qalbi tkanta

Għanjiet sbieħ taż-żgħożija?

 

Ġrejt ħdejn l-għasfur imdejjaq

U ftaħt fil-pront il-bieba

Mur, għidtlu, għax hemm martek

Hemm bżonn li tieħu ħsiebha.

 

Issa bil-qiegħda waħdi

Taħt sema misterjuża

Naħseb fuq dik il-ħlejqa

Ċkejkna u tant gustuża.

 

U hemm fil-bogħod bħal nisma'

Kant ta' ringrazzjament

Għax għixna jum ta' mħabba

Sfumat kollu f'mument.

 

Rita Debono

20 t' Ottubru 2000 (f'għeluq żmieni).

 

VORREI

 

Vorrei per una notte sola

salire sopra l'albero piu` alto

per poi guardar le stelle da vicino

e spiarle cogli occhi di un bambino.

 

Vorrei volare sulle nubi bianche

e con la pioggia fresca del mattino

bagnarmi i piedi nudi

sentire il vento lento

frusciare fra i capelli inumiditi.

 

Vorrei scoprire isole e mondi

e camminare sulla spiaggia

che svanisce

nei mari misteriosi

blu profondi.

 

Vorrei dormire per un anno intero

e poi svegliarmi

per sentirmi dire

che dopo tutto

non esiste l'uomo nero.

 

Vorrei sentire ancora calda calda

la dolce voce stanca della mamma

cantare il ritornello

della colomba bianca.

 

Vorrei ...quanto vorrei

lasciare alle mie spalle

pensieri e guai e tristi verita`.

Ma se questo accadesse

chi mi darebbe indietro

la dolce nostalgia in cui nascondo

la mia vera identita`.

 

Rita Debono.  09/08/2007

 

 

FARAĠ.

(dedika lil Marlene, oħt żewġi, pazjenta terminali)

 

Li kont merill kaħlani

Moħbi fl-irdumijiet

Kont nittajjar biex f'ħoġrok

Nieqaf nistrieħ għall-kwiet.

 

Li kont farfett tal-ħxejjex

Sempliċi mil-lewn fqir

Ninżel fuq spallejk forsi

Ħarstek tagħmilni kbir.

 

Li kont widnet il-baħar

Għijra tal-barranin

Bħal qronfla narmi r-riħa

Mal-ward u l-ġiżimin.

 

Kont inħallik tiġborni

Biex tqegħdni ġo buqar

F'tieqa għad-dawl safrani

U x-xemx ta' nofsinhar.

 

Iżda li kont qawsalla

B'dirgħajja miftuħin

Kont nibqa' hemm fis-sema

Sakemm jagħlaq il-ħin.

 

Imbagħad bl-ilwien tal-ġenna

F'għajnejk riflessi sbieħ

Kont inteptep bħal kewkba

Sa ma narak tistrieħ.

 

 

Rita Debono

1 ta' Ġunju 1999


Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association

HOME    HISTORY    COMMITTEE    POETS    WHAT'S NEW    MEMBERSHIP    ACTIVITIES    PUBLICATIONS    MEDIA    COMPETITIONS    CONCORSO    ARCHIVE    CONTACT

Copyright © 2005 GHPM. All rights reserved.

Fuq  Top