|
|
|
|
Robert Gatt |
|
|
|
|
|
Dwar l-awtur ROBERT
GATT twieled
ir-Rabat, Għawdex. Ħa
l-edukazzjoni Post-Sekondarja fl-iskola Sir Mikelanġ Refalo, fejn
studja l-Matematika u l-Fiżika fil-livell avvanzat.
Fil-preżent qiegħed jagħmel il-kors tal-Baċellerat
fil-Komunikazzjoni u s-Soċjoloġija.
Hu membru ta’ l-Għaqda Poeti Maltin, u membru fil-Bord
Editorjali tal-pubblikazzjoni Il-Belt Victoria, u tal-gazzetta Insiter.
Ippubblika diversi artikli u poeżiji, kif ukoll ħa sehem
f’diversi lejliet ta’ poeżija, kemm dawk organizzati mill-Għaqda
Poeti Maltin, kif ukoll f’dawk marbuta mal-Victoria International
Arts Festival, li hu appuntament annwali marbut mal-festa ta’ San
Ġorġ Martri, iċċelebbrata fil-Bażilika ta’ San
Ġorġ tar-Rabat Għawdex.
LIZ-ZIJU
PHILIP
Dalma li tifga, tal-ħajja, t-tbissima; ġrajja li taħsad, tal-ħajja, r-rutina; imrar li jixhed, tal-ħajja, in-nikta; dulur
li jħalli, tal-ħajja, is-sikta. Għamad
li jostor, tal-ħajja, s-sbuħija; madmad
li jtaqqal, tal-ħajja, t-tbatija; mirra
li tqarras, tal-ħajja, il-benna; mitjar
li jsarraf, tal-ħajja, il-Ġenna. Xabla
li toftom, lir-ruħ minn
dal-ġisem; miġja
li ssejjaħ, lir-ruħ bl-ewwel isem; prova
li trebbaħ, lir-ruħ bl-ebda tebgħa; żjara
li minnha, ir-ruħ qatt tinħeba. Kelma
ta’ faraġ, lid-dinja bekkejja; tama
fil-premju, tal-ħajja li ġejja, għax
jekk il-mewt tnissel demgħa ma’ ħaddejna, jekk
tifridna hemm
iżda d-dawl, li jdawwal dik id-dalma, hemm
il-ferħ li jxejjen dik it-trawma, hemm
il-fidi li tqawwina u ssabbarna… Nota
mill-awtur: Din
il-poeżija ġiet miktuba b’tifkira għażiża
taz-ziju tiegħi, Philip Sammut, |
MARSALFORN Illum hu l-manna li għosfrot, ma nġabritx; Illum ġrajja oħra.
Biss fuq fommi l-mistoqsija
ta' min t'għajnejja d-dmugħ u dmija se jimblokka.
Jekk tkunx int, il-poeżija, TAMA
X'ħin kont għadni nixxotta l-aħħar demgħa,
u x-xaba' mill-ħajja wasslitni f'trufijiet mudlama;
x'ħin qalbi solitarja għodda fgat fin-nuqqas t'Alla,
u leħħet għajnejja dbielet u battiet sa kważi-għama,
dehxa ħassejt - ħelwa, mellisija,
ma' ġismi għajjien, jikkontempla l-mewt u l-ħajja,
m'għadnix emarġinat, namrat tiegħi innifsi,
iżda sibt issa nikkondividi l-ġrajja.
Il-versi staġnati, il-poeżija morra,
il-qrusa tal-ħajja, l-aħħar demgħa ħamra,
it-togħma tal-velenu, il-ħsieb tas-suwiċidju,
ma tfewx sal-ġewwieni, id-dija ta' dil-ġamra.
Il-qalb wieqfa bdiet tħabbat, il-ħlejju nfirex
bħal kankru sabiħ li mewwet dak ta' qablu;
bħal Lażżru qomt, infaxxat bil-ġrieħi jintnu,
b'ħerqa għall-ħelsien mid-dlam ta' qabru.
Barra hemm id-dawl tax-xemx dejjiema -
ritmu mill-ġdid għat-taħbit tal-qalb għajjiena;
u t-tbissima t'Alla, il-bastun abjad ta' l-għama,
nisslet f'qalbi żewġ raġġi ta' tama.
KRIŻI TA' L-IMĦABBA
Tmewtu xofftejja u t-talba għall-għajjut intradmet
f'terrapien ġgantesk, li ħonoq 'l għadmi w laħmi;
spiċali l-ħin miżjud tal-logħba-ħajti ġa` telliefa,
spiċċali saħansitra l-qrusa tal-velenu xaħmi
li tul jiemi ta' swied il-qalb kien isostnini,
biex issa hemm biss xemx kiefra bajdanija
li bħal f'sajf etern ta' ħedla,
xejnet, ta' qalbi, l-imħabba waħdanija.
Għaliex il-kelma nixfet? Għaliex mietet l-imħabba?
Tgħid mhijiex din sejħa komuni?
U liema kliem, jekk mhux il-poeżija,
U liema mħabba, jekk mhux Ġesu` w Marija,
se jgħammru f'qalbi w ruħi u jsabbruni?
Ma nistax bil-passat nistabar;
ma nistax fil-futur nittama -
nista' biss nokrob għal elf darba
x-xewqa biex minn din ħajti naħrab ħarba
ħa ngawdi l-ġmiel tal-poeżija - ħlewwa w għana.
Iżda l-vulkan ġo fija rieqed, mhux estint -
id-demm staġnat, iżda jbaqbaq, lest li jfur;
dan laħmi, għalkemm kiebi, jaf jilbes qawet l-aqwa sur...
fija għad jerġa' jfiġġ il-ħlejju li fih dejjem
emmint.
|
Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association
Merhba-Welcome Storja/History Poeti-Poeziji Konkorsi-Competitions Arkivju-Archive Kuntatt-Contact
Copyright © 2005
GHPM. All rights reserved.