Free Web Hosting by Netfirms
Web Hosting by Netfirms | Free Domain Names by Netfirms

Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association


MAŻ-ŻIFEF XETTIĊIŻMI…

 

(lil Mons . Prof. Amante Buontempo J.U.D. fundatur ta’ l-Għaqda Poeti Maltin

f’għeluq it-tletin sena mit-twaqqif tagħha)

 

 

Inxteħtet iż-żerriegħa m’nn id l-imgħallem

fit-tira tal-ħammiela

maż-żifef xettiċiżmi jżegilgu r-rimja għammiela

issus għal eżistenza

mar-reżħa t-truf ixxawwat tal-weraq ippizzjati

kif jaqbdu jieħdu r-ruħ

max-xemx il-friegħi tiżbogħ bi lwien u sfumaturi

qawsalel ta’ kuluri

bi rwiefen ballabrotti jobormu n-nwar ifuħ.

 

U kibru s-siġar, sbieħ, li twieldu dgħajfa

u ssaħħu billi qagħdu għat-tisqija

mogħtija b’rettitudni mistħoqqa lill-ulied.

 

Intemgħu s-sustanza bla xeħħa u distinzjoni

bl-ossiġnu jimla l-vini taċ-ċelel ħollimija

fergħat miz-zokk mibnija fis-sengħa ta’ l-għanjiet.

 

U tqalet il-bixkilla tqandel fejda

bil-frott sabiħ u bnin li għaxxaq mejda.

 

Illum, l-imgħallem-saċerdot wettieq il-ħolma

ferħan iċekċek l-għoqda ta’ ħasdietu,

frott l-għaraq tat-tħabrik, il-ħaraġ għal ċaħdietu

minkejja xkiel il-kalzri, il-weġgħa u t-tingiża,

fuqân għal darba mqar, fuq dinja li barrietu.

 

2.09.2005

 

Therese Pace


Għaqda Poeti Maltin – Maltese Poets Association

HOME    HISTORY    COMMITTEE    POETS    WHAT'S NEW    MEMBERSHIP    ACTIVITIES    PUBLICATIONS    MEDIA    COMPETITIONS    CONCORSO    ARCHIVE    CONTACT

Copyright © 2005 GHPM. All rights reserved.

Fuq  Top